Friday, April 26, 2024

Kasett tal-Beatles irritornat wara 44 sena li nkera

Aqra wkoll

Ħaddiem fil-Librerija Pubblika ta’ San Antonio f’Texas fl-Istati Uniti baqa’ mistaġeb hekk kif fil-kaxxa tal-ittri sab kasett tal-Beatles li kien inkera mill-istess Librerija 44 sena qabel.

Skont dak li qalu ħaddiema tal-librerija, il-kasett fih intervista li kienet saret lil żewġ membri tal-Beatles John Lennon u Paul McCartney. Dan tħalla minn xi ħadd anonimu fil-kaxxa tal-ittri fl-aħħar jiem.

Hekk kif instab wieħed mill-ħaddiema beda jfittex eżatt x’inhu u sab li dan kien inkerha minn persuna li kienet tikri diversi kasetts mil-librerija 44 sena ilu.

F’post fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook il-librerija qalet li f’Ottubru tas-sena li għaddiet kienet bidlet is-sistema u minn jirritorna xi ħaġa tard ma jeħilx multa. “Tista’ ġġibha tard sena, għaxar snin… iżda qatt ma bsarna li se jiġi rritornat kasett li nkerha 44 sena ilu. Issa qed mill-ġdid mal-kollezzjoni tal-Liberija,” kitbu uffiċjali ta’ San Antonio fuq Facebook.

Sport