Saturday, May 4, 2024

Dr Chris Fearne jerġa’ jsir nannu

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li lbieraħ reġa’ sar nannu.

Hu qal dan waqt li bħalissa fil-Parlament qiegħda tiġi diskussa mozzjoni dwar l-estimi finanzjarji tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta’ Embrijun.

Id-Deputat Prim Ministru qal li lbieraħ kellu l-opprtunittà li wara li spiċċa mill-Parlament mar l-Isptar biex ikun jista’ jara l-wild il-ġdid li għandhom fil-familja.

Hu ddeskriva dan bħala “sensazzjoni fenomenali.”

Dr Chris Frarne kompla jgħid li “sforunatment mhux kulħadd f’pajjiża jista’ jkollu din il-ħaġa sabiħa li tista’ tiġri.” Wieħed minn kull sitta f’Malta u Għawdex ibati minn infertilità.

Id-deputati taż-żewġ naħat awgura lil Dr Fearne u ferħu miegħu għal din l-aħbar.

Sport