Saturday, May 18, 2024

Draw ta’ mingħajr goals bejn Santa Lucia u Sirens

Aqra wkoll

Santa Lucia………….0

Sirens………………….0

Santa Lucia u Sirens temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals biex dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun.

Iżda wieħed irid jgħid ukoll li lagħbu għal siegħa sħiħa bi player inqas u għaldaqstant jimmeritahom kull prosit li ma ħarġux telliefa. Anzi għal bosta ħinijiet kienu l-aħjar team u li kieku ħarġu rebbieħa ma kienu jisirqu xejn.

Kienu Sirens li ħarġu fuq l-offensiva u fit-tielet minuta, freekick ta’ Gbariel Fernandes Ventura għadda barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-20 minuta, Gary Camilleri kellu xutt li ġie salva parzjalment mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Dylan Ciapparra, biex mir-rebound, Degran Jackson mill-viċin tefa’ barra.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tat-team minn San Pawl il-Baħar u fit-23 minuta, xutt ta’ Siraj Eddin Araba ġie salvat minn Dylan Ciappara.

Fit-28 minuta Sirens qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa għalihom il-player Sean Cipriott wara li rċieva karta ħamra diretta minħabba foul perikoluż li wettaq fuq player avversarju.

Santa Lucia wieġbu fl-34 minuta permezz ta’ freekick dirett ta’ Davidy Ayrton Valpoort li iżda għadda għoli.

Fit-58 minuta kienu Sirens li ħolqu l-periklu, meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Gabriel Ventura Fernandes, kellu t-tenttiv tiegħu li ntemm barra.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u minuta biss wara, Degran Jackosn, kellu xutt mill-viċin li wkoll għadda barra.

Santa Lucia: 12-Dylan Ciappara, 3-Yoel Lorenzo Soares Fonseca, 6-Nicholas Pulis, 7-Liam McKay (14-Dexter Xuereb 60), 8-Robert Bairam (27-M.A. Alba 70), 9-Davidy Ayrton Meghin Valpoort, 10-Liam Ayad Blie Bi Bah, 13-Diego Pacheco Francarolli, 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Faris Rodrigues, 24-Erick Andres Moreno Sema Coach: Pablo Sanchez Cordes

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Gary Camilleri, 4-Weder Spares Da Silva, 6-Marcelo Muniz Perreira, 8-Rei Tachikawa, 10-Sean Cipriott, 22-Alex Cini, 25-Paulo Vyctor Bento De Vale (27-Ivan Vaselinov Kolev 87), 26-Siraj Eddin Arab (7-Kei Sano 57), 30-Gabriel Ventura Fernandes, 31-Degran Jackson Coach: Winston Muscat

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Edward Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace

Skorers: Ħadd

Tkeċċa: S. Cipriott 28 (SRN)

Ammoniti: N. Pulis, Y. L.Soares Fonseca, M. A. Alba, D. Pacheco Francarolli (SL), M. Pereira Muniz (SRN)

Player tal-Logħba: Dylan Ciappara (STL)

Sport