Sunday, June 14, 2026

Dubji dwar kemm l-Istati Uniti u l-Iran se jiffirmaw il-ftehim fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Minkejja li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump fl-aħħar sigħat qal li se jiġi ffirmat ftehim mal-Iran, dawn tal-aħħar qalu li hemm dubji serji dwar kemm il-ftehim jista’ jiġi ffirmat hekk kif deċiżjoni finali s’issa għadha ma ttieħditx.

Dan minħabba l-fatt li Iżrael baqa’ għaddej bl-attakki tiegħu fuq il-grupp Hezbollah liema grupp hu alleat kbir tal-Iran.

Il-Kap Negozjatur Iranjan Mohammad Bagher Ghalibaf wissa li l-aħħar attakki fuq il-Libanu minn Iżrael qegħdin juru li l-Istati Uniti mhux qiegħda tonora l-ftehim li jista’ jkun hemm, jew inkella mhux kapaċi twaqqaf lil Iżrael milli jkompli bl-attakki tagħha.

Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li kollox jiddependi minn Iżrael jekk il-ftehim jiġix iffirmat jew le. L-Iran qiegħed jorbot il-ftehim mal-Istati Uniti b’kundizzjoni li Iżrael jieqaf iwettaq attakki fuq il-grupp Hezbollah.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport