Sunday, June 14, 2026

Żewġ sewwieqa jweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tas-7.15am, il-Pulizija intalbet tassisti f’inċident tat- traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Subaru Impreza, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Għaxaq, ħabtet ma’ ħajt bil-vettura tieqaf f’nofs il-karreġjati.

Minħabba f’hekk, numru ta’ vetturi waqfu għax ma setgħux jgħaddu, bil-konsegwenza li raġel ta’ 36 sena li kien qed isuq mutur Suzuki prova jevitahom, iżda tilef il-kontroll u ħabat mal-crash barriers u ġarrab xi ġrieħi.

Fl-istess ħin ukoll, u fl-istess post, seħħet chain collission bejn ħames vetturi – vann Isuzu, Mazda 2, Toyota Passo, Toyota Vitz u Porsche – fejn ix-xufier tal-Vitz, raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra wkoll xi ġrieħi.

Tim mediku assista minnufih fuq il-post u bix-xufier tal-mutur u tal-Vitz ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. Ir-raġel ta’ 41 sena ma weġġax.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport