Monday, April 29, 2024

Dun David Muscat ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi

Aqra wkoll

Dun David Muscat ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li l-Qorti tal-Appell sabitu ħati ta’ kliem ta’ mibegħda fil-konfront ta’ persuni omosesswali.

Kien f’Settembru tal-2022 meta l-Ewwel Qorti li quddiem kien tressaq Dun David Muscat kien illiberat minn akkużi fosthom ta’ diskors ta’ mibegħda kif ukoll li inċita l-mibegħda u l-vjolneza fuq persuni LGBTIQ.

Is-saċerdot, kien kiteb messaġġ fuq il-midja soċjali dwar Abner Aquilina li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Paulina Dembska. Hu kien kiteb li kieku Abner kien omosesswali jew bisesswali, kien ikun agħar milli kieku hu ppossedut mix-xitan.

Kien kiteb ukoll li Aquilina huwa persuna LGBTIQ allura din hi diżordni oħra miżjuda fuq l-iskizzofrenija… riċetta ta’ diżordnijiet f’daqqa… bħal xi ħadd li jkollu pressjoni għolja, zokkor u kanċer f’daqqa, taħlita miċidjali. Jeħtieġ l-għajnuna Abner. L-inqas gravi l-possessjoni.. il-gayyaġni agħar”, kien kiteb Dun David.

F’Jannar tas-sena li l-għaddiet l-Arċisqof Charles Scicluna kien ħareġ twissija formali lil Dun David Muscat, li fil-Liġi Kanonika hija msejħa preċett penali u tah struzzjonijiet biex fil-fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċità l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku.

Sport