Monday, February 10, 2025

“Dun Victor Grech qatt ma ġġudika persuna user anzi … għal kuntrarju ħareġ l-id tal ħbiberija u offra l-imħabba ta’ ġenitur”

Aqra wkoll

“Dun Victor Grech qatt ma ġġudika persuna user anzi, għal kuntrarju ħareġ l-id tal ħbiberija u offra l-imħabba ta’ ġenitur li ħafna mid drabi, il-vittmi ikunu nieqsa minnha. Ftakru li min waqa’ fil-vizzju misħut tad-droga ma waqax għalxejn – f’xi mument f’ħajtu sab ruħu dghajjef u irrżorta għad droga biex mingħalih jinsa l- uġigħ li kien għaddej minnu. Bil-konsegwenza li kabbar il problem”

Dan kien il-messaġġ li wassal Daniel il Prit Mallia, wieħed mill-persuni li meta Dun Victor inġieb bit-tebut kien f’San Blas refgħu b’tant emozzjonijiet li jgħidu kollox. Mallia irrimarka li Dun Victor Grech kellu is-sodisfazzjon li jħoss l-imħabba u r rispett ta’ bosta persuni li b’hafna għajnuna irnexxielhom jegħlbu il-vizzju.

Ingħad li m’hemm xejn isbaħ li tara bniedem ifieq minn din il-misħuta marda u li ħafna drabi bis-sapport, bl-imħabba, bit-tama, bl-appogg, bil-kelma ta’ faraġ u dejjem minghajr ġudizzju, bniedem jaqbad ifieq.

Daniel temm jgħid; “J’Alla kull min jigi f’kuntatt ma’ nies li għadhom maħkuma mill-vizzju ih=ħaddnu l-principji li kien iħaddan Dun Victor Grech u la jiġġudika u lanqas jagħlaq l-bibien li jwasslu għal fejqan. Il users għajnuna għandhom bżonn mhux min jagħlqilhom il-bibien tal-għajnuna. Hekk biss tista’ verament tgħinu bniedem mhux billi tkompli tkissru!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport