Thursday, December 26, 2024

“Dwejjaq u terrur minħabba politika kodarda”

Wara 46 sena... dak li ġara fil-Vjetnam qiegħed ikun ripetut f’Kabul

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Amerikana li r-raġel tagħha kien suldat fl-Afganistan fl-2016 u li ommha stess kienet ħarbet mill-Vjetnam b’vapur tar-refuġjati lura fl-1975, sostniet li dak li qiegħed jiġri f’Kabul huwa l-istess li kien ġara 46 sena qabel meta nħataf Saigon u li l-uġigħ ta’ qalb, dwejjaq u terrur li hemm fl-Afganistan bħalissa, huwa tort ta’ kotardija fl-isfera politika.

“Ommi kellha x-xorti li taħrab mill-Vjetnam u tibda ħajja ġdida b’suċċess fl-Istati Uniti. Però, ħafna Vjetnamiżi ma kienux daqshekk iffortunati u ħafna ċittadini Afgani la huma u lanqas se jkollhom l-istess xorti li kellha ommi,” kompliet din il-mara. 

F’post fuq il-midja soċjali din il-persuna stqarret li ma tafx x’taqbad tgħid dwar dak kollu li qiegħed iseħħ balissa fil-Lvant Nofsani preżentement, iżda li taf fiċ-ċert huwa li 46 sena huwa perjodu pjuttost qasir biex l-Istorja terġa’ tirrepeti ruħha.

Hija qalet li jidddispjaċiha ħafna għal dawk l-Afgani li bħalissa huma maqbuda u ma jistgħux jiċċaqilqu, kif ukoll għat-tfal u għall-familji li qegħdin jaraw quddiem wiċċhom it-terrur jissaħħaħ u jirrenja madwarhom. 

Barra minnhekk, fuq nota personali, hija qalet li tinsab iddispjaċuta ħafna għal żewġha li wara dak li ġara fl-Afganistan, l-eks suldat qiegħed jistaqsi għala dan kollu u għala kellu jara lil sħabu feruti u oħrajn maqtula. L-istess raġel qiegħed jistaqsi, “x’paċi rnexxielna nġibu f’dan il-pajjiż?”

Ekonomija

Sport