Thursday, November 19, 2026
Home Sport Dzintra Grech u Katrina Vella jaslu għall-Hyrox Elite Challenger League 15 f’Londra

Dzintra Grech u Katrina Vella jaslu għall-Hyrox Elite Challenger League 15 f’Londra

0
48

L-atleti Maltin Dzintra Grech u Katrina Vella qed ikomplu jispikkaw fix-xena internazzjonali tal-HYROX. Dan hekk kif huma rnexxielhom jiksbu post fil-kometizzjoni prestiġjuża Elite Challenger League 15 (kategorija tad-doubles tan-nisa) f’Londra.

Wara l-wirjiet impressjonanti tagħhom fiċ-ċirkwit internazzjonali, il-koppja Maltija qed tipprepara biex tikkompeti fost l-aqwa atleti tal-HYROX fid-dinja.

L-Elite 15 tirrappreżenta t-tieni tiġrija ewlenija fil-kompetizzjonijiet tal-HYROX, fejn il-klassifikazzjoni fuq il-podju tiftaħ it-triq lejn il-Kampjonati tad-Dinja tal-HYROX tal-2027 f’Hong Kong.

Pass ieħor importanti għall-isport Malti, hekk kif Grech u Vella jkomplu jgħollu l-bandiera nazzjonali fix-xena internazzjonali!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here