Il-clubs tal-Premier League qablu li jkopru l-ispejjeż legali ta’ ħames diretturi tal-kampjonat f’każ li sponsors ta’ Manchester City jieħdu azzjoni legali kontrihom.
Id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa f’Londra, hekk kif Etihad Airways u Etisalat qed jikkunsidraw passi legali dwar konklużjonijiet relatati mal-ftehimiet kummerċjali tagħhom ma’ City.
Il-każ huwa marbut mal-115-il akkuża ta’ ksur tar-regolamenti finanzjarji bejn l-2009 u l-2018.
Manchester City qed jiċħdu l-akkużi u qed jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom, filwaqt li l-isponsors qed jikkontestaw ċerti konklużjonijiet tal-investigazzjoni.




