Jikteb Loreto J. Dalli (Magħruf bħala n-Noni ta’ Caqbum fost il-Gudjani)
B’mod speċjali ġewwa l-Gudja, ir-raħal tad-devozzjonjiet qawwija Marjani, b’ħames kwaradi Marjani, (fil-knisja parrokjal), tliet kappelli Marjani, (madwar ir-raħal), u tliet festi Marjani (matul is-sena.) Hija propju l-fjamma Gudjana li ilha tħeġġeġ għal għadd tas-snin.
Id-devozzjoni lejn il-Madonna taċ-Ċinturin infirxet minn Santa Monika, li riedet tkun taf kif kienet tilbes l-Omm t’Alla, speċjalment wara t-Tlugħ ta’ Kristu fis-smewwiet. L-Omm t’Alla dehritilha libsa sempliċi u skura. Fuq il-pittura, il-Verġni Mqaddsa hija rappreżentata ma’ Santa Monika, u Santu Wistin.
Devozzjoni lejn Marja Omm il-Faraġ permess tal-fratellanzi.
Il-kunċett tal-fratellanzi, magħrufa bħala fratellanzi jew fraternitajiet, huwa wieħed sempliċi; l-assoċjazzjoni ta’ aħwa u s-solidarjetà li teżisti bejniethom. Sfortunatament l-istorja wara dawn l-assoċjazzjonijiet, li jeżistu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, qishom jinsab fil-periklu li tintesa, iżda mhux hekk fir-raħal tagħna.
L-eqdem fratellanzi jinsabu fir-Rabat, fit-tliet t’bliet u fil-Belt Valletta, bħala l-eqdem żoni residenzjali. Il-Birgu hija waħda mill-ewwel, qal is-Sur Lanfranco, u żied jgħid li l-istorja hija mċajpra u dak li hu magħruf huwa l-aktar b’inferenza.
Ħafna nies ingħaqdu mal-fratellanzi fi żmien il-Kavallieri f’Malta, qal, u dak iż-żmien kienu jeżistu tipi differenti. Kien hemm dawk li kienu esklussivament devozzjonali, l-aktar iddedikati lis-Sagrament Imqaddes u lir-Rużarju.
Meta tal-ewwel bdew, qalu li kien hemm mewġa ta’ konfużjoni dwar ir-reliġjon fl-Ewropa, biż-żieda tal-Luteraniżmu u l-Protestantiżmu. Bħala reazzjoni għall-biżgħat li r-reliġjon kienet se tkun fil-periklu, il-knisja ddeċidiet li kellha tħeġġeġ id-devozzjoni tan-nies.
Waħda mill-biżgħat tagħhom kienet għas-Sagrament Imqaddes. Il-Papa ta’ dak iż-żmien, il-Papa Gregorju XII, bagħat lid-delegat tiegħu Pietro Duzina f’Malta fl-1575, biex iżur il-knejjes kollha u jitkellem mal-kappillani tal-parroċċi.
Il-wirt li ħalla warajh kien fratellanzi ddedikati lis-Sagrament Imqaddes, li bdew jinfirxu f’ħafna parroċċi. Prattikament kull parroċċa f’Malta, għandha waħda minn dawn il-fratellanzi ħlief għal dawk aktar ġodda bħal Santa Luċija u Pembroke.
Mela ngħaddu għal xi devozzjonijiet barra dawk li semmejna. Ovjjament illum sa inħarsu lejn id-devozzjoni taħt it-titlu taċ-Ċintura. Il-leġġenda taċ-ċinturin ta’ Tumas (id-Dudtant), probabbilment oriġinat fil-Lvant, u kienet magħrufa sew fl-Italja sas-seklu 14. Tumas huwa l-aktar famuż, apparti mill-missjoni tiegħu fl-Indja, għall-episodju ta’ Tumas id-Dubtant (Ġwanni 20, Ġwanni 20:24–29) fejn tilef id-dehra ta’ Ġesù wara l-Irxoxt lill-għaxar appostli l-oħra, u qal li ma kienx se jemmen li Ġesù kien irritorna sakemm ma jkunx ħass il-ġrieħi tiegħu. Fl-istorja taċ-ċinturin, fl-Assunzjoni ta’ Marija, fejn kienu preżenti l-appostli l-oħra, Tumas reġa’ tilef l-okkażjoni (kien fi triqtu lura mill-Indja), għalhekk il-Verġni Marija, konxja min-natura xettika ta’ Tumas, dehritlu individwalment u waqqgħetlu ċ-ċinturin li kienet liebsa, biex tagħtih prova fiżika ta’ dak li kien ra. F’verżjonijiet oħra, huwa ġie ttrasportat mirakolożament mill-Indja lejn il-Muntanja taż-Żebbuġ, biex ikun preżenti fl-Assunzjoni nnifisha, u l-Verġni waqqgħetlu ċ-ċinturin tagħha hekk kif ġiet meħuda s-sema.
Mela il-Gudja għandha xi ħaga kommuni f’dan l-avvenment waqt l-Assunzjoni ta’ Ommha Marija lejn is-sema u devozzjoni, lejn dik tac-Cintura (żewġ okkażjonijiet mit-Tliet festi lejn Sidna Marija) huma preżenti fir-raħal tagħna.
U hawn toħroġ it-talba minn qalb iċ-Ċinturani.
O Marija, Omm il-faraġ,
Farraħ lilna l-midinbin,
Saħħaħ int il-fidi fina,
Biċ-Ċintura mħażżmin.
Mill-kitba mill-Kurunella ta Patri, ‘Publia Pawlu Tabone O.E.S.A.’
Kienet il-parroċċa ta’ Ħal Luqa li bdiet l-iżvilupp tal-fratellanzi tal-Madonna taċ-Ċintura madwar Malta. Il-fergħa nisa tat-terzjarji tal-Ordni Agostinjan li kienu mmexxija minn qassis dijoċesan, li waqfu kwadru tal-Madonna taċ-Ċintura fuq l-artal tal-ġenb iddedikat lil San Mikiel. Ġiet li nibdet devozzjoni fost in-nies ta’ Ħal Luqa u fl-1719 twaqqfet l-ewwel fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura barra knisja konventwali tal-Agostinjani. Dan kien l-ewwel pass u fuq il-passi li ħadu l-Luqin bdew jinfirxu l-fratellanzi. Sena wara ġiet imwaqqfa it-tieni waħda dik tal-Mosta li waqfet fratellanza ddedikata lill-Madonna taċ-Ċintura.Ta min jgħid hawn, dwar ix-xogħol mill-isbaħ ta’ Stefano Erardi fejn nsibu l-kwadru tal-Madonna tal-Konsolazzjoni li kien fil-knisja l-qadima u tpitter fis-sena 1670.
Bejn is-snin ta’ 1727 u 1728 daħlet fix-xena l-Gudja billi waqqfet fratellanza tagħha ddedikata lil din id-devozzjoni Marjana. Fl-1737 żewġ lokalitajiet waqqfu fratellanzi tal-Madonna taċ-Ċintura. Dawn kienu Ħaż-Żabbar u l-Qrendi. Għaxar snin wara, jiġifieri fl-1747, ġew imwaqqfin l-fratellanzi taċ-Ċintura f’Ħal-Għargħur u fiż-Żejtun. F’Ħal Qormi kwadru tal-Madonna taċ-Ċintura tpoġġa fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ Martri u wara twaqqfet fratellanza. Għalhekk il-fratellanza twaqqfet bejn is-snin 1736 u 1747. Ħal Tarxien kellu l-fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura fl-1770. Mela wieħed jista’ jikkonkludi li f’qasir żmien – ta’ 30 sena, ġew imwaqqfin 11-il fratellanza. Dan kien pass kbir fejn tidħol id-devozzjoni Marjana lejn dan it-Titlu.
Il-kunċett tal-fratellanzi, magħrufa wkoll bħala fratellanzi jew fraternitajiet, huwa wieħed sempliċi; l-assoċjazzjoni ta’ aħwa u s-solidarjetà li teżisti bejniethom. Sfortunatament l-istorja wara dawn l-assoċjazzjonijiet, li jeżistu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, tinsab fil-periklu li tintesa, iżda mhux fir-raħal tagħna.
Ħafna jmorru għall-festi tal-irħula u japprezzaw il-bandalori kkuluriti għal dak li jikkontribwixxu mal-ewwel daqqa t’għajn, u jservu biex iferrħu l-ġurnata tal-festa, qal fil-kittieb u storiku ħerqan Guido Lanfranco lil Chiara Bonello, iżda l-istorja warajhom ħafna drabi tintesa.
F’Malta u Ghawdex, fejn hemm preżenza ta’ komunitajiet Agostinjani, bla dubju xxettel u kiber dan il-kult Marjan u dan mhux biss anness ma’ kunventi tagħhom, iżda wkoll f’numru mdaqqas ta’ parroċċi. Wahda minn dawn twaqqfet fil-Gudja fl-1727, fi żmien Ii nistgħu nsejħulu tad-deheb għal din id-devozzjoni. Nistgħu ngħidu Ii f’din il-parroċċa l-aktar Ii sabet art għammiela, tant Ii għadna il-kwadru preżenti fuq I-altar taċ-Ċintura hu wieħed mill-isbaħ kwadri b’dan is-suġġett f’pajjiżna. Kien hemm min attribwieh Ii Francesco Zahra (1710-73), Ii fil-verità jxebbħu, però personalment aktar narah bħala xogħol ta’ l-artist Żebbugi, Gian Nikola Buhagiar (1698-1752). lnteressanti x-xebħ kbir Ii hemm bejn dan il-kwadru taċ-Ċintura tal-Gudja ma’ dak tal-Karmnu għall-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar. L-iskema triangulari hija identika bil-Madonna, flok toffri ċ-Ċintura Ii Santa Monika tagħti l-iskapular Iil San Xmun u fuq ix-xellug flok Santu Wistin jidher San Nikola ta’ Bari. Jekk l-iskema hi l-istess, teknikament ta’ Ħaż-Żabbar hu superjuri, fejn Zahra jinsab fil-maturità artistika tiegħu.
Wisq probabbli Ii l-ewwel sar il-kwadru tal-Gudja Ii serva ta’ mudell, għax dan żgur Ii diġa kien fuq I-altar qabel l-1745 (ACM, Misc. 190, f. 354), għal kemm min kiteb ir-rapport ħallat Iil Santu Wistin ma’ San Nikola. Il-kwadru tal-Madonna taċ-Ċintura mela, hu xoghol tardiv( wara) ta’ Buhagiar u dan jinħass tajjeb fl-eżekuzzjoni, Ii ghal kemm hi bażikament tajba, però titlef mill-ispontanjetà u freskezza Ii kellu I-artist żmien qabel. Il-kwadru hu ddominat mill-Madonna qed iżżomm Iil Ġesù tfajjel fidejha u b’idha leminija qed tnewwel iċ-Ċintura Iil Santa Monika (Omm Santu Wistin). Kif kienet id-drawwa, meta titwaqqaf fratellanza ġdida kien jingħatalha altar għall-użu tagħha fil-Knisja Parrokkjali Ii jew jinbidillu t-titlu (dedika) f’dak tal-fratellanza, inkella jiġi ntegrat ma’ dak Ii jkun titular preċedenti fuq l-istess altar. Kien x’kien il-każ, normalment kien isir kwadru ġdid biex juri dak l-iżvilupp. Fil-każ ta’ kummissjoni minn fratellanza, ġenerali kien jitħallas mill-fondi tagħha jew fratell benefattur u mhux mill-amministrazzjoni proprja tal-knisja. Hekk nassumu Ii ġara fil-każ tal-fratellanza taċ-Ċintura fil-Gudja Ii ngħatalha I-altar fuq il-lemin tal-Maġġur, Ii kien post prominenti fil-binja, kif għadu sal-lum.
Skont tagħrif miġbur mill-kittieb Lorenzo Zahra, “L-Altar taċ-Ċintura fil-Knisja tal-Gudja jgawdi l-istess privileġġi li jgawdi l-Altar Maġġur. Fl-1848 Dun Ġużepp Dalli talab lill-Kurja biex l-altar taċ-Ċintura jingħata l-privileġġ li kien mogħti lill-altar maġġur, jiġifieri li l-quddies li jsir fuqu jkollu l-Indulġenza Plenarja dikjarata għall-erwieħ tal-fidili mejtin. Wara ftit snin Dun Ġużepp ried jikkonferma li dan il-privileġġ kien ukoll attribwit lill-Altar Maġġur. Għalhekk reġa talab lill-Kurja billi għamel rikors u l-Kurja ddikjarat li l-privileġġ kien ukoll mogħti lill-Altar Maġġur tal-istess Knisja. Il-privileġġ kien ingħata perpetwu. Dan id-Digriet ġie approvat minn Ruma fit-18 ta’ Lulju, 1854, u fih tħabbar li l-Festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni kellha tkun festa doppja skont ir-riti ta’ dawk iż-żminijiet”. Dan l-altar li hemm fil-Knisja tal-Gudja ġie mwaqqaf fl-1727 u l-ewwel Prokuratur kien Giovanni Abdilla. Fuq dan l-altar hemm kwadru sabiħ, li jingħad li kien inġieb mill-parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt, f’dak iż-żmien.
Il-Fratellanza tal-Madonna Taċ-Ċintura fil-Gudja għandha wkoll standard l-ġmiel tiegħu (Ii din is-sena ghalaq 76 sena fostna) mimli rakkmu tad-deheb bin-nome di Maria f’nofsu u ċ-Ċintura ħierġa mill-istess arma tal-Madonna maħduma b’ħajt dehbi b’mod li jekk xi darba jkun hemm il-ħtieġa li tkun trid tiġi trasportata għal fuq drapp ieħor, dan ix-xogħol ikun jista’ jsir mingħajr diffikulta’. Dan l-istandart inħadem fl-Italja preċiżament f’Milan, bid-drapp mixtri minn Malta biex ikun magħżul mit-tmexxija tal-Fratellanza u ntbgħat f’Milan biex jinħadem hemm. Wasal Malta ftit ġranet biss qabel il-festa ta’ Santa Marija tas-sena 1950, is-sena li l-Papa Piju X iddikjara bħala domma t-tlugħ fis-sema tal-Madonna bir-ruħ u l-ġisem. Bħala mezz biex nippreservawh, dan l-istandart mhux joħroġ fit-toroq fil-festi, imma jitħalla f’postu fil-Knisja, biswit l-artal taċ-Ċintura. (Biss is-sena oħra ħareġ fl-okkażjoni tal-75 sena fostna)
Ta’ minn isemmi ukoll is-Salib u l-interni tal-fidda b’forma sabiħa li tolqot ħafna l-għajn bil-kolp, kif ukoll salib tal fidda fuq-kewba illustrat iswed.
Il-bankun li jżomm dawn l-attrezzi mimli nterzjar aktarx maħdum mill-antenati Gudjani. Ta’ minn jagħti ħarsa wkoll lejn il-vent artal li jintrama’ mal-artal taċ-Ċintura, fil-festa taċ-Ċintura, kif ukoll jintrama’ għall-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija fil-Gudja. Il-qofol jidher fis-settijiet ta’ fjuretti antiki maħdumin fuq il-ganutell li jitpoġġew fuq l-artal taċ-Ċintura kif ukoll fjuretti għal fuq l-altari l-oħra b’ganutell stil modern għal nhar il-festa taċ-Ċintura. Il-Parroċċa ukoll tgħin fl-armar tal-altar maġġur bil-gandlieri u sett appostli pero’ l-ventartal huwa tal-Fratellanza taċ-Ċintura tal-Gudja.
L-istatwa tal-Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja, li propjament din is-sena tagħlaq 134 sena mill-wasla tagħha fil-Gudja hija ferm għall qalb il-Gudjani u d-devoti kollha tal-Madonna. Fiha naraw Omm ħelwa li dejjem tikkonslana f’kull għawġ tal-ħajja u żżomna taħt il-mantar tagħha, filwaqt li tara li qatt ma nitbegħdu minn binha Ġesu. Il-Fratellanza dejjem rat li żżomm din l-istatwa fl-aqwa kundizzjoni, qabel it-tieni Gwerra Dinija inbidilha l-kulur tal-mantar tagħha u fl-1992 ġiet imnaddfa, inżebgħet u ġiet indurata mill-ġdid mill-induratur magħruf Horace Farrugia tal-Mdina. B’hekk tajjeb li għaż-żmien li ġej nibqgħu naqdu d-dmir tagħna li ngħożżu din l-istatwa li tixhed l-imħabba lejn il-Madonna, statwa li fiha naraw monument ta’ storja, devozzjoni u kultura.
Dan kollhu, jghati dehera qawwija fuq bazi ta’ “devozzjoni lejn il-Madonna taċ-Ċintura fil-Gudja”. Dan jirreferi għal devozzjoni reliġjuża qawwija u li ilha teżisti ghal ghad tas-snin lejn il-Verġni Marija, speċifikament taħt dan it-titlu ta’ “Madonna Omm il Farag,” ġewwa ir-rahal Malti tal-Gudja.
Ħafna jmorru għall-festi tar-raħal u japprezzaw il-bandalori kkuluriti li huma li jikkontribwixxu mal-ewwel daqqa t’għajn kif ghidna aktar qabel, ma devozzjoni lejn Ommna Marija. U ma dawn hemm ovvja in-Nar. (Fejn fil-Gudja hemm wahda mill-aktar kmamar tan-nar attivi f’Malta.)
Għalhekk, apparti d-devozzjoni qawwija li teżisti fil-Gudja, jistgħu faċilment jingħadu li taċ-Ċintura hija waħda mill-aktar festi sekondarji qawwija, fost ohrajn fil-gżejjer Maltin.
