Wednesday, April 24, 2024

€245 miljun dħul f’taxxi mis-suq tal-kirjiet

Aqra wkoll

B’kollox f’7 snin il-gvern daħħal €245 miljun f’taxxi minn fuq is-suq tal-kera. Dan kien dovut għal ħlas ta’ taxxa ta’ 15% fuq kirjiet li kienet introdotta fl-2014. Qabel ma ddaħħlet din is-sistema l-Gvern kien jiġbor ftit mill-kirjiet.

Fl-ewwel sena tas-sistema, il-Gvern kien ġabar madwar €5.7 miljuni li baqgħet tiżdied sena b’sena sa €57.3 miljun fl-2020. Din fissret żieda ta’ 1000%

Din l-informazzjoni ħarġet ftit jiem ilu fil-Parlament, li skont il-Malta Developers Association (MDA), hija konferma ta’ kif is-settur tal-proprjet`ả, meta jingħata l-opportunità li jikkonforma ruħu mal-liġi u b’rati ta’ taxxa sostenibbli, ikunu l-Gvern u l-poplu li jmorru minn fuq.

L-MDA kompliet qalet li tħossha żgura li dan id-dħul ta’ taxxa ntużaw tajjeb għal proġetti soċjali bħal żieda fil-pensjonijiet u titjib fl-infrastruttura tat-toroq.

Sport