Saturday, December 21, 2024

€4,000 multa wara li ammettiet li ħebbet għall-pulizija meta kienet fis-sakra

Aqra wkoll

Mara ta’ 38 sena residenti l-Mosta kienet ikkundannata sentenza sospiża u mmultata €4,000 wara li ħebbet għall-pulizija waqt li kienet fis-sakra.

Ruth Camilleri kienet mixlija li nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Belt Valletta, heddet erba’ pulizija u ħebbet għal surġent mara fejn anke kkaġunatilha ġrieħi ta’ natura ħafifa. 

Hija kienet mixlija wkoll li m’obdietx l-ordnijiet tal-pulizija, li kisret il-paċi pubblika, li kienet fis-sakra u li kkaġunat ħsara f’karozza tal-pulizija. 

Il-mara wieġbet ħatja tal-akkużi, bil-prosekuzzjoni tispjega li hija kienet f’bar, sikret u ma riditx tmur lura d-dar meta seħħ l-inċident.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, filwaqt li sabet lil Camilleri ħatja, ikkundannatha sena ħabs sospiżi għal tliet snin u €4,000 multa. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Gabriel Micallef u Daryl Borg. 

Ekonomija

Sport