Sunday, December 22, 2024

EBA Nations Cup: Owen Amato u Stephen Mangion jikkwalifikaw għar-raba’ round

Aqra wkoll

It-tieni ġurnata tal-EBA Nations Cup 2023 li qed issir fi Bridlington kienet riservata għall-kompetizzjonijiet individwali. Diversi plejers Maltin ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni fuq bażi knock-out.

Fil-kategorija Men’s ntlagħbu xejn inqas minn 224 logħba li kienu maqsuma mill-ewwel sat-tielet round. Fil-fatt żewġ Maltin irnexxielhom jaslu sa din il-fażi fejn għada Owen Amato se jkun qed jaffaċċja lill-Iskoċċiż Jamie Burnett filwaqt li Stephen Mangion jilgħab kontra l-Ingliż Ben Rodgers.

Biex wasal s’hawn, Amato elimina lill-Irlandiż Graham Murrin 5-2 u lill-Olandiż Bert Willemsen 5-2 filwaqt li Mangion kien aħjar mill-Awstraljan Luke Jowett (5-0) u l-Iskoċċiż Ryan Fleming (5-2).

Fil-kategorija Seniors, l-uniku Malti li wasal sat-tielet round kien Lee Grima li għeleb lill-Awstraljan Dale Land (5-1) u lill-Malti Antoine Aquilina (5-2).

Sadanittant illum ikompli l-logħob tat-timijiet fejn fil-Men’s, it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Clevion Micallef jilgħab kontra Ġibilta’, Messiku u l-Afrika t’Isfel.

Fil-kategorija tas-Seniors, il-Maltin immexxija minn Philip Gatt jilagħbu kontra l-Katalunja u l-Iskozja.

Ekonomija

Sport