Wednesday, April 24, 2024

Ebda ksur ta’ etika f’riklam maħruġ mill-Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Ministru Ian Borg ma kisirx l-etika meta ħareġ riklam biex jawgura l-Għid it-tajjeb lill-pubbliku li deher fil-ġurnal It-Torċa f’Ħadd il-Għid, l-4 ta’ April 202.

Dan wara li l-Prof. Arnold Cassola ilmenta mal-Kummissarju dwar ir-riklam għaliex qal li dan ir-riklam ma kellux jitħallas minn fondi pubbliċi. Il-Prof. Cassola qal li jekk mill-banda l-oħra r-riklam ġie mħallas mill-Ministru Ian Borg personalment, ma messux inkluda l-arma ta’ Malta.

Irriżulta mill-investigazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards li r-riklam ġie kkummissjonat u mħallas mill-Ministru Borg personalment, mhux permezz tal-ministeru tiegħu. Dan ġie verifikat mill-Kummissarju permezz tal-fattura (invoice) u l-irċevuta tal-ħlas, li ġew mogħtija lilu mill-Ministru Borg. 

Il-Kummissarju nnota li ġaladarba l-Ministru kien ħallas għar-riklam, ma kellu xejn x’jiggwadanja billi joħroġ ir-riklam f’isem il-ministeru flok f’ismu personali. Għalhekk il-Kummissarju kkonkluda li ma kienx hemm ksur ta’ etika f’dan il-każ u ma laqax l-ilment.

Sport