Tuesday, April 30, 2024

WHO: “Il-boosters m’humiex strateġija vijabbli”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

B’referenza għall-analiżi internazzjonali li ġiet ippubblikata fuq dan is-sit bit-titlu “Resqin lejn it-tmiem tal-pandemija?“, ħsibna li nwasslu aktar tagħrif f’dan ir-rigward.

* It-tilqim kontra l-Covid-19 madwar id-dinja għadu żbilanċjat fejn il-pajjiżi s-sinjuri qegħdin jagħtu l-booster u jippreparaw għar-raba’ doża mentri l-pajjiżi l-fqar għadhom qegħdin jibdew bl-ewwel dożi. 

* Skont tagħrif mill-World Data, 59.2% tal-popolazzjoni dinjija ħadet mill-inqas doża waħda tat-tilqima iżda huma biss 8.9% tan-nies fil-pajjiżi bi dħul baxx li ħadu mill-inqas doża waħda.

* It-tilqim bil-booster mhuwiex problematiku imma x-xjenzati tad-WHO u oħrajn qegħdin iwissu li l-boosters m’humiex strateġija vijabbli.

* Ir-raġuni għal dan jingħad li hija minħabba li jekk jibdew jingħataw boosters kull erba’ xhur jista’ jkun hemm problemi bis-sistema immunitarja u għaldaqstant l-EMA twissi biex noqogħdu attenti fir-rigward.

* Raġuni oħra li din l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Mediċini tagħti hija li n-nies se jgħejjew b’amministrazzjonijiet kontinwi ta’ boosters. Idealment “jekk tridu li mmorru għal xenarju endemiku, dawn il-boosters għandhom jingħataw fiż-żmien tal-istaġun kiesaħ meta tingħata t-tilqima tal-influwenza”.

Aqra l-analiżi sħiħa: Resqin lejn it-tmiem tal-pandemija?

Sport