Friday, April 26, 2024

Eden Hazard se jieħu sehem f’kampjonat tal-veterani

Aqra wkoll

Għalkemm l-eks stilla ta’ Chelsea Eden Hazard irtira mill-futbol milgħub, hu qed jitħajjar jibda jilgħab fil-kampjonat tal-veterani fuq bażi ta’ 7-a-side.

Fil-fatt hu jista’ jilbes għal darb’oħra ż-żarbun tal-futbol sabiex jipparteċipa fil-Kings World Cup, kompetizzjoni li se ssir fl-Amerika ta’ Fuq eżattament fil-Messiku. B’kollox se jipparteċipaw 32 tim bil-kompetizzjoni ssir bejn is-26 ta’ Mejju u d-9 ta’ Ġunju.

F’din il-kompetizzjoni se jkunu qed jieħdu sehem ukoll Rio Ferdinand, Gerard Pique u Zlatan Ibrahimovic.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport