Wednesday, April 24, 2024

Tottenham mistennija jixtru lil Timo Werner

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur jidhru konvinti li jixtru għal kollox lill-attakkant internazzjonali Ġermaniż Timo Werner. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u ngħaqad mat-tim mill-belt kapitali Ingliża f’Jannar li għadda. Wara bidu xi ftit iebes, hu dera’ sew l-ambjent fit-Tottenham Hotspurs Stadium tant li dan l-aħħar skorja żewġ gowls fl-ewwel tmien dehriet mal-klabb.

The Spurs huma lesti jagħtu s-somma ta’ €17-il miljun lill-klabb tiegħu Red Bull Leipzig bil-plejer li jidher kuntent fl-Ingilterra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport