Wednesday, April 24, 2024

Il-Malta Ranger Unit b’appell wara li żagħżagħ daħlu f’duni tar-ramel protetti u qabbdu n-nar

Aqra wkoll

“Ilbieraħ ġejna avżati minn diversi membri tal-pubbliku, hekk kif kien hemm grupp ta’ żgħażagħ kienu daħlu fid-duni tar-ramel protetti u wkoll kienu qed iqabbdu n-nar fil-veġetazzjoni”

Dan qalitu l-Malta Ranger Unit, fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn talbet lill-ġenituri li jsegwu l-paġna sabiex jkellmu liż-żagħżagħ, dwar il-fatt li n-nar idum inqas minn sekonda biex jinfirex.

Qalu li d-duni tar-ramel tal-Mixquqa f’Golden Bay huma protetti bil-liġi, SL.549.83, u li l-ewwel reat jista’ jirriżulta f’multi bejn €400-50,000 fil-Qorti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport