Wednesday, July 24, 2024

Edinson Cavani qed isibha diffiċli ma’ Boca Juniors

Aqra wkoll

L-esperjenza tal-attakkant veteran mill-Urugwaj Edinson Cavani ma’ Boca Juniors mhux sejra kif mistenni hekk kif s’issa skorja biss tliet gowls f’19-il partita milgħuba.

Kien hemm stennija kbira minn El Matador, kif inhu magħruf, li jiskorja ħafna gowls aktar u aktar għax kien qed jagħmel ritorn fil-kontinent li twieled iżda dan kollu ma seħħx.

Id-diriġenti ta’ Boca Juniors talbu lill-partitarji akkaniti tagħhom sabiex ituh aktar kuraġġ u jgħajtu ismu sabiex Cavani jiżblokka ruħu u eventwalment jibda jiskorja l-gowls.

Cavani għandu 37 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi timijiet fosthom Palermo, Napoli, Paris St Germain, Manchester United, Valencia u Danubio.

Ekonomija

Sport