Monday, May 13, 2024

Edinson Cavani se jieħu l-flokk numru 10 ta’ Boca Juniors

Aqra wkoll

Issa l-aħbar hija uffiċjali li l-attakkant veteran mill-Urugwaj Edinson Cavani se jkompli l-karriera tiegħu fl-Arġentina ma’ Boca Juniors. Hu kien ilu jilgħab fl-Ewropa għal dawn l-aħħar 16-il sena hekk kif kellu esperjenzi ma’ Palermo, Napoli, Paris St Germain u Valencia. 

Cavani se jkunu qed jieħu l-flokk numru 10 li kien għand il-plejer leġġendarju Oscar Romero għalkemm fil-passat kien hemm aktar plejers li kellhom ix-xorti jilbsuh fosthom Juan Roman Riquelme, Leandro Paredes u Nicolas Lodeiro. 

Cavani deher ferm kuntent b’din l-għażla li għamel u sostna li għandu seba’ mitt sena biex jibda jitħarreġ mat-tim Arġentin.

Sport