Friday, December 27, 2024

Eks uffiċjal tas-CIA ġie kkundannat 40 sena ħabs talli għadda informazzjoni klassifikati lill-Wikileaks

Aqra wkoll

Joshua Schulte ta’ 35 sena, instab ħati li fl-2017 għadda 8,761 dokument sigrieti lill-pjattaforma ‘Whistle Blower’ Wikileaks. L-ammonta ta’ dokumemnti zvelati huwa l-akbar ksur tad-dejta fl-istorja tas-CIA u tal-Istati Uniti. Mimnbarra dan, huwa nstab ħati wkoll li kellu għandu ritratti ta’ abbuż fuq it-tfal.

Il-prosekuturi akkużawh li għamel użu mill-għodod tas-CIA “Vault 7”, li jippermettu lill-uffiċjali tal-intelliġenza jiħakkjaw smartphones u jużawhom bħala apparat ta’ smigħ

Schulte ċaħad l-allegazzjonijiet, iżda nstab ħati fuq diversi akkużi fi tliet proċessi federali separati fi New York fl-2020, 2022, u 2023.

Nhar il-Ħamis li għadda, huwa kien ikkundannat għal akkużi ta’ spjunaġġ, hacking tal-kompjuter, disprezz tal-qorti, li għamel dikjarazzjonijiet foloz lill-FBI u li kellu ritratti ta’ abbuż fuq it-tfal.

L-Avukat Amerikan Damian Williams qal li Joshua Schulte ittradixxa lil pajjiżu billi wettaq uħud mill-aktar reati sfaċċati u faħxin ta’ spjunaġġ fl-istorja Amerikana.

Skont evidenza kondiviża waqt il-proċess, Schulte kien impjegat bħala żviluppatur ta’ softwer fiċ-Ċntru għall-Intelliġenza Ċbernetika, li jwettaq spjunaġġ ċibernetiku kontra organizzazzjonijiet terroristiċi u gvernijiet barranin.

Il-prosekuturi qalu li fl-2016 huwa ttrasmetta l-informazzjoni misruqa lil Wikileaks u mbagħad gideb lill-aġenti tal-FBI dwar ir-rwol tiegħu fil-leak.
Żiedu jgħidu li jidher li kien motivat minn rabja minħabba tilwima li kellu fuq il-post tax-xogħol.

Schulte kien qed jissielet biex il-programm tiegħu jilħaq mad-data tal-iskadenza u l-Assistent tal-Avukat Amerikan Michael Lockard qal li wieħed mill-proġetti ta’ Schulte kien tant waqa lura li kien ġie mlaqqam “Drifting Deadline”.
Il-prosekuturi insistew għal kastig aħrax u qalu li meta wettaq dik il-vendetta, ikkawża ħsara enormi lis-sigurtà nazzjonali tal-pajjiż.

Wikileaks kien beda jippubblika dejta klassifikata mill-fajls tas-CIA li għaddielhom Schulte fl-2017. Dawn il-leaks li għamel ġew deskritti bħala li għamlu ħsara kbira lill-kapaċità tas-CIA li tiġbor informazzjoni barranija kontra l-avversarji tal-Amerika u li poġġa l-programmi u l-assi tas-CIA direttament f’riskju li sewa lis-CIA mijiet ta ‘miljuni ta’ dollari.

L-FBI interrogat lil Schulte diversi drabi wara li WikiLeaks beda jippubblika d-dejta, fejn huwa ċaħad ir-responsabbiltà.

Tfittxija fl-appartament tiegħu, aktar tard żvelat għexieren ta’ eluf ta’ stampi ta’ materjali ta’ abbuż sesswali tat-tfal.

Wara l-arrest tiegħu, jingħad li huwa pprova jittrasmetti aktar informazzjoni. Huwa rnexxielu jdaħħal telefon bil-kuntrabandu fil-ħabs u pprova jibgħat informazzjoni lil reporter dwar gruppi ċibernetiċi tas-CIA u abbozza tweets li kienu jinkludu informazzjoni dwar għodod ċibernetiċi tas-CIA taħt l-isem Jason Bourne, operatur tal-intelliġenza fittizju.

Huwa kien ilu miżmum il-ħabs taħt arrest mill-2018.

Ekonomija

Sport