Wednesday, July 24, 2024

Eldorado De Ver jirbaħ it-tiġrija ewlenija

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-istaġun 2024 bl-ewwel żewġ laqgħat tas-sena b’total ta’ erbatax -il tiġrija kollha tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier u li ntebħet minn Eldorado De Ver misjuq minn Noel Baldacchino. L-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Rodney Gatt, beda bil-kbir b’ħames rebħiet fuq jumejn. 

Ħmistax -il żiemel ħadu sehem fl-uniku tiġrija tal-aqwa klassi. Hawnhekk, iż-żiemel li beda l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq, Caprice De Cosse (Charles Camilleri), ċeda u nqabeż f’nofs id-dritta finali minn Eldorado De Ver (Noel Baldacchino). Espoir d’Elphigny (Rodney Gatt) temm it-tielet minn Di Maggio (Andrew Farrugia). Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.5” fil-kilometru.  

Matul l-istess laqgħat saru erba’ tiġrijiet tal-ponijiet li ntrebħu minn Blessed (Ayou Camilleri), Lugagu (Ryan Cassar), Show d’Or (Brian Hili) u Messikano (John Attard).

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Divonne (S. Grixti) 3. Illassa (M. Cauchi) 4. Edisto Prior (A. Magro)  

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hawai Turgot (L. Frendo) Ħin – 2.43” (1.16.2”)  2. I Come In Peace (B. Ħili) 3. Heros De Claivince (Ch. Camilleri) 4. Genie Lulu (S. Cutajar) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Atus Picken (D. Xerri) Ħin – 2.44.3” (1.16.8) 2. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 3. Carlos Du Garabin (J. Azzopardi) 4. Bottarus (C. Camilleri)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diego Du Coudou (R. Gatt) Ħin – 2.44.9” (1.17”) 2. Viking’s Topline (E. Bondin) 3. Eurythmic Sisu (K Sciberras) 4. Filou Star (D. Gatt) 

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 2.44.8” (1.17”)  2. Bonbon Bleu (M. Falzon) 3. Hip Hop Renardiere (N. Barbara) 4. Queenswood (G. Attard) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caucasien (R. Gatt) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Dreams Happen (N. Baldacchino) 3. Durga Des Valerins (Cherise Farrugia) 4. Djado (J. Xerri)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Ezabiau De Goulet (D. Baldacchino) 3. Just Make It (C. Calleja) 4. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Ficelujando (C. Magro) 4. Gina Bergil (N. Baldacchino) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Let It Be Me Tooma (R. Gatt) Ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Dollar Esterel (R. Hili) 4. Just Be Proud (Ch. Camilleri) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 2.44” (1.16.8”) 2. Hanouchka (Cherise Farrugia) 3. Hermes Du Vivier (N. Baldacchino) 4. Gabin De See ( R. Gatt) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Billie Holiday (R. Gatt) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Evita d’Estree (A. Farrugia) 3. Elixir De Freca (J. Said) 4. Quite E. Wood (J. P. Farrugia)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Full Iron (R. Gatt) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Vangiskan Scott (B. Zammit) 3. Shining Armor (J. Grech) 4. Diabolo Castelets (A. Magro)

VI Tiġrija. Klassi Premier Plus. Dist – 2140m. 1. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Caprice De Cosse (C. Camilleri) 3. Espoir d’Elphigny (R. Gatt) 4. Di Maggio (A. Farrugia)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Luan Amor V.S. (C. Camilleri) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Calzac De Guez (N. Barbara) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Cash De Beauregard (D. Baldacchino) 

Gafa’ fil-ħames post

Is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza kien involut ukoll is-sewwieq Jesmar Gafa’ fit-tiġrija nternazzjonali Coupe Internationale Des Amateurs fuq distanza qasira ta’ 2100m. Permezz ta’ Exotic Jet, Gafa’ temm fil-ħames post. It-tiġrija ntrebħet minn Fergie Highland misjuq mid-Daniż Martin Andreasen.  

 

Ekonomija

Sport