Saturday, December 28, 2024

Electrician fuq is-sett ta’ Rust jgħid li ħadd ma kien jagħti kas armi mitluqin fit-trab

Aqra wkoll

Il-head electrician tas-sett tal-film Rust, fejn l-attur Alec Baldwin b’mod aċċidentali qatel liċ-ċinematografu Halyna Hutchins ix-xahar li għadda, qiegħed ifittex lill-attur u membri oħrajn tal-crew b’rabta ma’ dan l-inċident. Serge Svetnoy, li kien ħabib ta’ Hutchins, qiegħed jallega li kien hemm negliġenza li wasslet għal “stress emozzjonali kbir”. Huwa tenna li l-balla ma laqtitux għal
ftit. 

Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar il-każ li seħħ fil-21 ta’ Ottubru li għadda ġewwa New Mexico. S’issa għadhom ma tressqu l-ebda akkużi kriminali.  

Skont dokument tal-qorti, l-assistent direttur Dave Halls qal mal-investigaturi li huwa naqas milli jiċċekkja l-balal kollha li kien hemm fil-pistola qabel huwa għaddieha lil Baldwin. Kien irrapportat li Halls repetutament għajjat “cold gun” hekk kif ta l-pistola lill-attur, jiġifieri li l-pistola kienet sigura.

Il-kawża ta’ Sventnoy – li tressqet quddiem il-qorti ta’ Los Angeles – saret għan-nom ta’ kważi 24 persuna. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li ta fl-aħħar sigħat Svetnoy, li għandu 63 sena, ftit qabel seħħ l-inċident fuq is-sett tal-film huwa kien innota armi tan-nar mixħutin mal-art mingħajr ħadd ma jagħti kashom. Huwa tenna li kien ġibed l-attenzjoni tan-nies responsabbli dwar din in-negliġenza. Svetnoy tenna li huwa pprova jagħti l-għajnuna lil Hutchins hekk kif din intlaqtet. 

Ekonomija

Sport