Wednesday, July 24, 2024

Elezzjoni tal-president tal-MFA: Vot qawwi lil Bjorn Vassallo

Aqra wkoll

Il-president, Bjorn Vassallo, ingħata fiduċja assoluta biex f’dawn l-erba’ snin li ġejjin ikompli jmexxi lil Malta Football Association meta kiseb vot b’saħħtu biex għeleb lill-kandidat sfidant, Robert Micallef, bir-riżultat ikun 62-6 … jiġifieri s-Sur Vassallo kiseb 91% tal-voti tal-membri.

L-avukata Maria Azzopardi saret l-ewwel viċi-president mara fl-istorja tal-Assoċjazzjoni meta ġiet eletta b’34 vot. Hija kienet kontestata minn Christabelle Chetcuti li kisbet 22 vot, segwita minn Dana Farrugia li temmet bi 13-il vot.

Fil-votazzjoni biex jiġu magħrufa ż-żewġ viċi-presi­denti l-oħra, l-Avukat Matthew Paris ġie ri-elett meta kiseb 58 punt, segwit minn Adrian Casha u Peter Fenech (19), Samuel Azzopardi (15) Christabelle Chetcuti (12) u Pierre Miceli (5).

Għaldaqstant kien jinħtieġ li ssir elezzjoni li fiha Casha (36) għeleb lil Fenech (30).  

Ekonomija

Sport