Saturday, July 20, 2024

Eluf f’riskju tal-mewt fis-Sudan minħabba kollas fis-sistematas-saħħa

Aqra wkoll

F’El Fasher fis-Sudan hemm aktar minn 800,000 persuna li jinsab f’riskju ta’ mewt wara kollas tas-sistema tas-saħħa. Dan qiegħed jiġri fiż-żoni ta’ North Darfur minħabba ġlied kbir li hemm bejn forzi armati differenti. Konsegwenza ta’ dan is-sistema tas-saħħa spiċċat fix-xejn u eluf ta’ persuni m’għandhomx fejn imorru jfittxu l-kura.

Il-kelliema tal-Ġnus Magħquda Stéphane Dujarric waqt li kienet qiegħda tiġi intervistati fi New York uriet tħassib kbir dwar dak li qiegħed jiġi fis-Sudan fejn eluf ta’ persuni mhux qegħdin isibu kura u konsegwenza ta’ dan qegħdin imutu.
Jirriżulta li l-unika sptar li hemm jopera li hu El Fasher South spiċċawlu l-provisti kollha u hu ferm diffiċli biex provisti ġodda jaslu fiż-żona.

L-Armata Sudaniża u l-Rapid Support Forces ilha jiġġildu ma’ xulxin minn April tas-sena l-oħra u konsegwenza ta’ dan il-pajjiż kollu spiċċa fi kriżi umanitarja.
Skont rapporti tal-Ġnus Magħquda aktar minn 18-il miljun persuna jinsabu f’riskju serju ta’ ġuħ filwaqt li ħames miljuni diġà jinsab ma għandhomx ikel u xorb tajjeb li jistgħu jieħdu kuljum.

L-Uffiċjal tal-Ġnus Magħquda qal li hemm ħafna tarkkijiet mimlijin kollha provisti li jistgħu jagħtu għajnuna lil aktar minn 120,000 persuna. S’issa minħabba s-sigurtà u biża’ li jisfaw fil-mira ta’ attakki, dawn il-provisti ma jistgħux jitwasslu fiż-żona ta’ El Fasher.

“Hija xi ħaġa ta’ emerġenza u kruċjali li dawn it-trakkijiet jaslu fil-postijiet indikati malajr kemm jista’ jkun.

L-Awtoritajiet għandhom iwaqqfu l-ġlied imqar għal ftit jiem sakemm dawn il-provisti jaslu għax inkella se jkun hemm problemi ferm akbar,” qal il-kelliem tal-Ġnus Magħquda.

S’issa jidher li ma hemm l-ebda tama li dawn jitwasslu.

Skont l-istess rapporti tal-Ġnus Magħquda hemm aktar minn 115,000 tifel u tifla li jinsabu morda b’mard serju ħafna l-aktar minħabba li hemm nuqqas ta’ ilma tajjeb għax-xorb.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport