Friday, July 19, 2024

Focal Maritime Services twassal ir-ramel mill-Ġordan għall-bajjiet ta’ Buġibba u San Ġorġ

Aqra wkoll

Tnejn mill-aktar bajjiet popolari f’Malta, il-bajja ramlija ta’ Buġibba u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan huma lesti għall-istaġun tas-sajf wara kunsinna ta’ ramel imwettqa minn Focal Maritime Services.

Filwaqt li bosta Maltin u turisti se jgawdu dawn il-bajjiet mingħajr ħafna ħsieb dwar kif ir-ramel wasal s’hemm, filfatt dan jinvolvi operazzjoni loġistika estensiva, fejn aktar minn 5,000 tunnelleta metrika ta’ ramel twassal minn Akaba fil-Ġordan.

Dan sar wara l-għoti ta’ tender mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lill-Focal Maritime Services li kien jinkludi t-tagħbija tar-ramel minn Akaba fil-Ġordan, iċ-chartering ta’ vapur għal tal-apposta biex iġġor din il-merkanzija mill-Ġordan lejn il-Malta, il-ħatt fil-port tal-Belt u t-trasport fil-baħar lejn iż-żewġ irħula ħdejn il-baħar.

Jesmond Abela, Deputy General Manager ta’ Focal Maritime Services qal: “Ninsabu kburin li tajbina kontribut biex il-bajjiet ta’ Buġibba u San Ġorġ ikunu lesti għall-sajf mill-aqwa. L-effiċjenza u l-ħiliet loġistiċi tat-tim tagħna kienu kruċjali biex ir-ramel wasal fl-iskeda miftehma”.

Dawn iż-żewġ bajjiet huma mill-aktar popolari u issa l-viżitaturi jistgħu jżuruhom u jgawduhom hekk kif igawdu ftit ħin ta’ mistrieħ fi tnejn mill-isbaħ żoni tal-kosta Maltija.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport