Tuesday, May 14, 2024

Eluf ta’ nies iqattgħu lejl fil-kju biex jgħaddu minn ħdejn it-tebut tar-Reġina u jsellmulha

Aqra wkoll

Illum mistenni jkompli jikber il-kju, bin-nies jistennew sabiex jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II. Matul il-lejl kien hemm ħafna nies li damu jistennew madwar sitt sigħat biex ikunu jistgħu jidħlu fil-Katidral ta’ Edinburgh u jgħaddu minn fejn it-tebut tar-Reġina. 

Il-kunsill ta’ Edinburgh wissa lin-nies biex iġibu l-ikel u x-xorb magħhom kif ukoll ikunu ppreparati għal ħafna ħin bilwieqfa. 

It-tebut tar-Reġina ser jibqa’ fil-katidral sal-5:00 p.m.,  imbagħad mistenni jibda l-vjaġġ tiegħu lejn Londra għal Buckingham Palace. 

Sport