Friday, July 19, 2024

Eluf ta’ pazjenti morda b’qalbhom qed imutu fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Eluf ta’ pazjenti morda b’qalbhom qegħdin imutu fir-Renju Unit jew inkella saħħithom tmur ħafna għall-agħar hekk kif is-servizz tal-NHS mhux qiegħed joffri servizz tajjeb.

Skont rapport maħruġ minn esperti Ingliżi jgħid li eluf ta’ pazjenti li għandhom problemi f’qalbhom qegħdin ikollhom jistennew sena u aktar biex jaraw speċjalista tal-qalb. Dan bil-konsegwenza li mhux qegħdin jingħataw kura u mediċina biex il-kundizzjoni tagħhom tmur għal aħjar.

L-esperti jgħidu li konsegwenza ta’ dan eluf ta’ pazjenti qegħdin jiddaħlu fl-isptarijiet madwar il-pajjiż hekk kif saħħithom tmur lura ħafna. Huma qegħdin jispiċċaw jingħataw mediċina għal mard tagħhom, iżda din il-mediċina qiegħda tingħata tard wisq bil-konsegwenza li dawn imutu.

Ir-rapport jgħid li s’issa kien hemm aktar minn 8,000 pazjent li kellhom jistennew sena u aktar biex jaraw speċjalista tal-qalb.

“B’mod regolari qegħdin naraw pazjenti jmutu u dawn kollha jkunu fuq il-lista ta’ stennija biex jaraw speċjalista tal-qalb,” qalet Dr Lisa Anderson waħda mill-persuni li għamlet ir-riċerka li saret minn St George’s University Hospitals NHS Foundation Trust in London.

Hi tkompli tgħid li 40% tal-pazjenti li kienu qegħdin jistennew biex jaraw speċjalista spiċċaw mietu fi żmien sena. Fir-Renju Unit ikun hemm madwar 200,000 persuna li jkollhom problemi f’qalbhom.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport