Wednesday, July 24, 2024

Chef rinomat Malti se jmexxi workshops tat-tisjir ‘zero waste’

Aqra wkoll

Ix-chef Jonathan Brincat, ko-fundatur ta’ Noni, restorant li għandu stilla Michelin, se jmexxi żewġ workshops tat-tisjir zero waste..

Dawn il-workshops, parti mill-proġett Foodwise Families, se jsiru fis-6 ta’ Lulju u s-7 ta’ Settembru, huma parti minn inizjattiva tan-NWAMI International Malta biex tiġġieled il-ħela tal-ikel u tinbena sens ta’ għaqda u skop komuni.

Il-proġett jagħti lill-ġenituri u lit-tfal l-opportunità li jesploraw riċetti tradizzjonali minn Malta u diversi rkejjen tad-dinja filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza l-fatt li l-ħela tal-ikel hija t-tielet l-akbar kontributur għat-tibdil fil-klima.

Il-workshops Foodwise Families, li huma appoġġjati minn APS Bank, The Melita Foundation u l-RMHC Learning Centre, huma miftuħa għal tfal ta’ bejn it-8 u l-14-il sena flimkien mal-ġenituri jew il-kustodji legali tagħhom. Iż-żewġ workshops ma’ Jonathan Brincat se jsiru mill-11am sas-1pm flRMHC Learning Centre fil-Qawra.

Minbarra dawn il-workshops, il-proġett se jilħaq il-qofol tiegħu fil-ħolqien ta’ ktieb għat-tfal b’riċettitfal Zero Waste multikulturali, li jrawwem esplorazzjoni kulinarja interattiva u sostenibbli b’informazzjoni dwar kurżitajiet u tradizzjonijiet kulinari Maltin u globali kif ukoll pariri prattiċi għax-xiri tal-ikel, il- ħażna tal-ikel u riċiklaġġ tal-ikel.

Maria Gabriele Doublesin, President ta’ NWAMI International Malta u l-kreatur tal-proġett tispjega: “L-inizjattiva Foodwise Families diġà ħolqot impatt pożittiv bil-workshops tagħna ta’ tisjir zero waste li jagħtu lit-tfal u lill-ġenituri u lill-gwardjani tagħhom ħiliet kulinari siewja li jippermettulhom jippreparaw ikliet nutrittivi bl-użu ta’ approċċ zero waste. Il-fatt li chef rinomat bħal Jonathan Brincat iddeċieda wkoll li jappoġġa din l-inizjattiva u jmexxi ż-żewġ workshops tagħna li jmiss, huwa approvazzjoni ċara tal-importanza li lkoll għandna nagħtu biex nevitaw il-ħela tal-ikel kif ukoll lejn l-esplorazzjoni tal-ikel u tat-tradizzjonijiet tal-ikel ta’ nies differenti fil-komunitajiet tagħna.”

Jonathan Brincat, qal, “Inħobb nieħu l-essenza tal-ikel Malti u nivvintaha mill-ġdid b’tidwira kontemporanja. L-iffukar fuq ingredjenti ta’ oriġini lokali li jkunu fl-istaġun jgħin ukoll biex tiġi żgurata aktar sostenibbiltà u inqas ħela tal-ikel.

L-inizjattiva Foodwise Families jista’ jgħin lill-komunitajiet tagħna jifhmu aħjar kif ilkoll nistgħu nagħmlu aktar biex inkunu kemm kreattivi kif ukoll sostenibbli fil-kċina. Ninsab tassew ħerqan għall-workshops u biex naqsam xi ideat tiegħi mal-familji li se jingħaqdu magħna.”

Il-parteċipazzjoni fil-workshops tat-tisjir zero waste ma’ Jonathen Brincat hija b’xejn iżda l-ispazji huma limitati u disponibbli fuq bażi ta’ first come first served. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra żur https://nwamiinternational-malta.org/project_outtakes/register-today/

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport