Sunday, December 22, 2024

Emiliano Martinez se jiġi dixxiplinat mill-FIFA wara ġesti oxxeni

Aqra wkoll

Emiliano Martinez qed jiffaċċja passi dixxiplinari mill-FIFA wara mossa oxxena bit-trofew tal-Ingwanta tad-Deheb.

Ix-xahar li għadda, il-goalkeeper tal-Arġentina kien l-aktar popolari fuq il-media soċjali wara ġesti mhux xierqa wara li ġie ppreżentat bit-trofrew tal-aqwa goalkeeper matul il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja meta l-Arġentina rebħu 4-2 bil-penalties wara draw ta’ 3-3 kontra Franza.

Wara li ġie ppreżentat bit-trofew huwa niżżel it-trofrew quddiem il-parti privata tiegħu liema ġest kien indirizzat lejn il-partitarji ta’ Franza. 

Għalkemm aktar tard żvela li kien qed jagħmel dan b’reazzjoni minħabba li ġie bbuwjat mill-partitarji Franċiżi matul il-logħba kollha, huwa u l-Arġentini se jiġu kkastigati mill-FIFA.

Stqarrija mill-korp governattiv żvelat li kien hemm diversi ksur tal-kodiċi dixxiplinarji tagħhom kemm waqt kif ukoll wara l-finali, f’Doha.

Skont l-istqarrija, l-Arġentina għamlet “ksur potenzjali tal-artikoli 11 (Imġieba offensiva u vjolazzjonijiet tal-prinċipji ta’ Fair Play) u 12 (Kondotta ħażina ta’ players u uffiċjali) tal-Kodiċi Dixxiplinari tal-FIFA, kif ukoll tal-artikolu 44 tar- regolamenti tal-FIFA tat-Tazza Qatar 2022.”

Ekonomija

Sport