Wednesday, April 24, 2024

Emma Muscat bit-tieni Disco d’Oro f’sena

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kantanta lokali li serqet il-qlub tal-poplu Taljan ħabbret fuq il-profil tagħha fuq Facebook li għat-tieni darba, f’perjodu ta’ sena, kanzunetta minn tagħha ingħatat id-Disco d’Oro, minn FIMI Italia. 

“M’hemm ebda mod ta’ kif nista’ nispjega xi tfisser għalijja din l-aħbar. Dawn il-kisbiet ifissru ħafna għalijja u jkomplu jikkonfermaw li meta tagħmel xi ħaġa b’passjoni kbira, m’għandek tħalli lil ħadd ifixklek,” spjegat Emma.

Din id-diska, “Meglio Di Sera”, li saret b’kollaborazzjoni mal-kantanti Astol u Alvaro De Luna, fi żmien xahrejn tellgħet ‘l fuq minn 7.6 miljun views fuq YouTube u aktar minn 7.7 miljun stream fuq Spotify

Sport