Wednesday, April 24, 2024

Kate McCann lura għax-xogħol biex tgħin waqt il-pandemija

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Omm Madeleine McCann, KateMcCann, reġgħet ingħaqdet mill-ġdid mal-NHS, is-settur tas-saħħa fir-Renju Unit, bil-għan li tgħin fil-ġlieda kontra l-Covid-19.  Dan irrappurtawh ħbieb qrib il-familja McCann. 

Bħalissa, l-omm ta’ tliet itfal qiegħda taħdem f’numru ta’ sptarijiet f’Leicester u tinsab kuntenta li tista’ tkun ta’ għajnuna f’dan iż-żmien, b’mod partikolari issa li din il-belt hija fost l-aktar milquta fl-Ingilterra. 

Kate, li llum il-ġurnata għanda 53 sena kienet waqfet mill-impjieg tagħha wara li bintha Madeleine għebet u allegatament inħatfet waqt btala f’Praia da Luz, fil-Portugal, fl-2007. 

Minkejja li għaddew 14-il sena minn din it-traġedja iċ-ċkejkna Madeleine, li dak iż-żmien kellha tliet snin biss, it-tfittxija u l-investigazzjonijiet qatt ma waqfu. 

F’dawn l-aħħar snin jidher li kien hemm xi żviluppi fil-każ, hekk kif beda jiġi investigat Christian Brueckner, li kien diġà qiegħed jiġi investigat fuq ħames każi relatati ma’ reati sesswali oħra.  Il-prosekutur Ġermaniż, Hans Christian Wolters, saħaq li diversi uffiċjali jemmnu li kien hemm “bażi tajba” għal dan is-suspett, minħabba n-numru ta’ każi xokkanti fil-konfront ta’  atti sesswali fuq minorenni u tfal. Minkejja dan ma kien hemm ebda żvolta fejn tinsab u x’ġara liċ-ċkejkna Madeleine. 

Sport