Thursday, March 28, 2024

Enemed Cup: Neptunes jirbħu logħba bilanċjata

Aqra wkoll

Sirens…………10

Neptunes…….11

(3-1, 2-4, 4-4, 1-2)

Fl-Enemed Cup, f’partita ferm bilanċjata mill-bidu sat-tmiem, Neptunes għelbu lil Sirens bl-iskor strett ta’ 11-10.

Kienu Sirens li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Zerafa Gregory wara li tkeċċa James Spiteri Staines, Matthew Chircop ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Alec Fenech u Matthew Sciberras. Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa Ganni Farrugia wieġeb għal Neptunes.

Fit-tieni sessjoni Neptunes wettqu reazzjoni tajbu u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Jordan Camilleri (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ganni Farrugia u t-tieni wieħed minn penalty, Sam Gialanze wkoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa John Napier, u Mark Fenech ukoll bi player aktar wara li tkeċċa Mikhael Cutajar. Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Jake Cachia u Paul Serracino sabu x-xibka għal Sirens.

It-tielet sessjoni ntemmet fi draw ta’ 4-4 bil-goals għat-team minn San Pawl il-Baħar jaslu minn Matthew Sciberras (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u Jerome Zerafa Gregory (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace. Mark Castillo (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jacob Sciberras, u Jordan Camilleri (2) bit-tienei goal għalih jasal minn penalty wieġbu għat-team mill-Balluta.

Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 b’goals minn minn Alec Fenech u Mark Castillo minn man-up wara li tkeċċa Matthew Sciberras. Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Jordan Camilleri skorja l-uniku goal għal Sirens.

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino (1), 3-Ken Erdogan (1), 4-Jacob Sciberras, 5-Jerome Zerafa Gregory (4), 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (3), 12-Matthew Chircop (1), 13-Zion Bartolo Coach: Marko Orlovic

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Max Zammit, 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace (1), 5-Ben Zammit, 6-James Spiteri Staines, 7-Mark Castillo (3), 8-Jordan Camilleri (4), 9-Ryan Galea, 10-Enrico Mallia, 11-Alec Fenech (2), 12-Jake Cachia, 13-Miguel Farrugia Coach: Nenad Navarin

Referees: Neville Mercieca, Stefan Licari

Ekonomija

Sport