Wednesday, April 24, 2024

Enemed Cup: Draw ġust bejn San Ġiljan u Sliema

Aqra wkoll

San Ġiljan………….10

Sliema……………….10

(3-4, 3-4, 2-0, 2-2)

Fl-Enemed Cup, ir-rivali San Ġiljan u Sliema temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 10-10.

Fl-ewwel sessjoni ġew skorjati xejn inqas minn seba’ goals bi Sliema jkunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3 bl-iskorers ikunu Mark Meli, Daniel Rizzo, Zach Mizzi u Matthew Mifsud minn penalty. Matthew Zammit, Ben Plumpton u Nikolai Zammit minn penalty wieġbu għall-Ġiljaniżi.

It-tieni sessjoni ntemmet bl-istess skor ta’ 4-3 dejjem favur is-Slimiżi bl-awturi tal-goals ikunu John Brownrigg minn penalty, Dino Zammit li kien qed jilgħab kontra l-ex team tiegħu, Jayden Cutajar u Matthew Mifsud. Ben Plumpton minn man-up wara li tkeċċa Mark Meli, Matthew Zammit minn penalty u Nicholas Bugelli minn man-up ukoll wara li tkeċċa Zach Mizzi biex irnnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu, niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għall-Ġiljaniżi.

Is-Saints wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu minn Nikolai Zammit minn penalty u Mattias Ortoleva.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għall-Ġiljaniżi jaslu minn Nicholas Bugelli minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg u Darren Zammit. Zach Mizzi u John Brownrigg wieġbu għas-Slimiżi.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (2), 3-Kieran Grech, 4-Daniel Fero, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (2), 7-Mattias Ortoleva (1), 8-Daniel Tully, 9-Ben Plumpton (2), 10-Nikolai Zammit (2), 11-Darren Zammit (1), 12-Nico Schiavone, 13-Gareth Vassallo Coach: Dorian Pisani

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Elijah Schembri, 4-Daniel Rizzo (1), 5-Mark Meli (1), 6-Jayden Cassar, 7-Jayden Cutajar (1), 8-Matthew Mifsud (2), 9-John Brownrigg (2), 10-Kieyan Borg, 11-Zach Mizzi (2), 12-Dino Zammit (1), 13-André Theuma Coach: Abell Fernandez

Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan

Sport