Tuesday, April 30, 2024

Enemed Futsal League: Ta’ Xbiex fl-ewwel post wara rebħa tajba

Aqra wkoll

Fl-unika partita li kellna mill-Enemed Futsal League, Ta’ Xbiex Futsal kisbu s-sitt rebħa tal-istaġun meta għelbu lill-Universita’ ta’ Malta bl-iskor ta’ 8-2.

It-tim immexxi minn Daniel Brincat kellu partita ferm pożittiva speċjalment fit-tieni taqsima fejn xejjnu għalkollox l-isfida tal-Universitarji li kienu qed idabbru t-tielet telfa staġjonali.

Protagonista għal Ta’ Xbiex kien Karl Sciortino li skorja erba’ gowls filwaqt li Melvin Borg kien awtur ta’ doppjetta. Zvezdan Vukovic u Dylan Musu għaqqdu l-iskor għal Ta’ Xbiex.

L-Universita’ kienu fil-logħba biss sal-aħħar taqsima bil-gowls ta’ Aaron Montebello u Mohammed Elamari.

B’hekk Ta’ Xbiex telgħu issa fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Luxol u Swieqi United.

KLASSIFIKA – Enemed Futsal League:

Swieqi Utd, Ta’ Xbiex, Luxol 18, l-Universita’ ta’ Malta 12, Żurrieq, St George’s, Marsaskala 9, Fgura Utd 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0

Sport