Wednesday, July 24, 2024

Erbgħa mejta u bosta midruba wara li kkollassat binja fi gżira Spanjola

Aqra wkoll

Erbgħa persuni mietu u 16 huma feruti wara li waqa’ bini ta’ żewġ sulari fil-gżira Spanjola ta’ Majorc. Dan kkonfermawh is-servizzi ta’ emerġenza lokali. Huma spejgaw li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m.

F’kumment lill-midja, kelliem għas-servizzi tal-emerġenza qal li l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ bdew ftit tal-ħin wara li seħħ l-inċident u li fuq l-post issejjħu wkoll diversi esperti fil-qasam psikoloġiku, sabiex jagħtu għajnuna lil dawk li sofrew minn trawma kawża tal-istess inċident.

Pumpier li kien qed jassisti fuq il-post iddeskriva dak li seħħ bħala ħmar l-lejl. Huwa spjega li meta wasal fuq il-post, sab ħafna nies jibku u li sema’ wkoll l-għajjat ġew mill-persuni li sfaw maqbuda taħt it-terrapien.

B’reazzjoni għal dak illi seħħ fi Spanja, uffiċċju tal-barranin bbażat fir-Renju Unit qal li jinsabu konxji dwar l-inċident li seħħ u li sa issa ma daħlulu l-ebda rapporti ta’ ċittadini Brittaniċi li kienu involuti. Dan filwaqt li qalu li se jibqgħu f’kuntatt mal-awtoritajiet Spanjoli.

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez bagħat il-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi.
Pedro rrimarka li qed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi u stqarr li l-Gvern lest li jibgħat l-għajnuna kollha meħtieġa.

Ekonomija

Sport