Thursday, April 24, 2025

EU-Startups Summit 2025 jirritorna lejn Malta: Hub b’saħħtu għall-Innovazzjoni

Christine Mallia Spiteri
Christine Mallia Spiteri
Senior Manager, External Communications Department, Malta Enterprise

Aqra wkoll

Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta qed tospita l-EU-Startups Summit, wieħed mill-aqwa avvenimenti li jsir fl-Ewropa għall-intraprendituri innovattivi. Wara s-suċċess kbir tal-avveniment tas-sena l-oħra, il-Malta Enterprise reġgħet ħadet qed tappoġġja dan l-avveniment u l-komunità Ewropeja ta’ start-ups.

F’jumejn, is-summit mistenni jilqa’ aktar minn 2,000 parteċipant, inklużi 1,000+ fundaturi ta’ start-ups, 250 investituri, u firxa wiesgħa ta’ CEOs minn madwar id-dinja. B’aktar minn 8,000 laqgħat skedata, l-avveniment iservi bħala okkażjoni ta’ netwerking, qsim ta’ ideat, u opportunitajiet għal tkabbir u investimenti.

Il-qofol tal-avveniment huwa s-sala tal-wirjiet, li fiha l-istand tal-Malta Enterprise, fejn it-tim – flimkien mad-delegazzjoni Maltija – qed jimpenjaw ruħhom b’mod attiv ma’ dawk li jattendu. Dan il-grupp qed jaħdem biex jippromwovu t-tkabbir tal-ekosistema ta’ Malta. Il-viżitaturi tal-istand għandhom iċ-ċans li jitgħallmu aktar dwar l-iskemi li joffru l-Malta Enterprise, jiksbu appoġġ individwali, u jiskopru kif Malta tista’ sservi bħala launchpad strateġiku għall-impriżi tagħhom.

Billi tappoġġja dan is-summit ta’ profil għoli, il-Malta Enterprise qed turi l-impenn kontinwu tagħha biex tibni ambjent intraprenditorjali vibranti u tpoġġi lil Malta bħala ċentru ewlieni tal-innovazzjoni fl-Ewropa.

Aħna kburin li nilqgħu f’Malta ħafna fundaturi, investituri, u benneja tal-ekosistema – u ninsabu eċitati li nżommu l-momentum għaddej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport