Monday, July 15, 2024

Euro 2024: Franz mal-aħħar erbgħa bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

PORTUGALL ……. 0     

FRANZA …………. 0

(Franza 5-3 bl-għoti tal-penalties) 

F’partita li ma laħqtix l-aspettattivi meħtieġa Franza għelbu lill-Portugall 5-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 0-0 biex issa fis-semi-finali jiltqgħu kontra Spanja. 

Wara bidu kwiet, l-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fl-14-il minuta meta x-xutt ta’ Bruno Fernando minn barra l-kaxxa ġie nnewtralizzat f’corner mid-difensur Franċiż, William Saliba. Ir-reazzjoni ta’ Les Bleus waslet żewġ minuti iż­da Theo Hernandez sab lill-goalkeeper, Diogo Costa, attent. 

Fit-22 minuta, Kylian Mbappe ġera max-xellug, daħal fil-kaxxa u spara xutt minn pożizzjoni djagonali u b’Costa jsalva parzjalment ma kien hemm l-ebda player Franċiż biex seta’ jixħet il-ballun fix-xibka. 

Fil-31 minuta, Antoine Griezmann ġera mal-linja u xeħet lejn Randal Kolo Muani iżda ġie “fgat” minn bosta difensuri Portugiżi li ma tawhx nifs jagħmel xi forma ta’ ħsara.  

It-tieni taqsima fetħet b’xutt perikoluż ta’ Mbappe li l-goalkeeper Portugiża laqa’ tajjeb. Fis-60 minuta, Eduardo Camavinga nnewtralizza fil-ħin lil Rafael Leao f’tarf il-kaxxa ż-żgħira hekk kif deher li seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara. 

Tliet minuti wara, f’azzjoni korali Portugiża, Joao Cancelo pprova jdawwar il-ballun għal ġox-xibka iżda għadda jħakkek mal-wieqfa. Fis-60 minuta, il-goalkeeper Franċiż, Mike Maignan, wettaq l-ikbar save tal-logħba meta ċaħħad lil Bruno Fernandes minn ħames metri bogħod. 

Fis-66 minuta, waslet l-aħjar azzjoni tal-Franċiżi meta, bl-għajta tal-goal, Randal Kolo Muani ġie antiċipat fil-ħin minn Ruben Diaz biex evita goal ċar. Fis-70 minuta, Camavinga għamel l-impossibbli u minn taħt il-lasti xeħet barra.

Bil-partita tmur fil-barrani, Ronaldo falla ċans tad-deheb fit-tieni minuta meta xeħet għoli minn tmien metri bogħod. U bl-iskor jibqa’ l-istess kellhom jingħataw il-penalties li minnhom Franza ttrijonfaw.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport