Friday, July 19, 2024

Euro 2024: Spanja fis-semi-finali wara l-ħin barrani

Aqra wkoll

SPANJA ………..2

ĠERMANJA ……1

(wara l-ħin barrani)

Spanja kkwalifikaw għas- semi-finali tal-Euro 2024, meta għelbu lill-ospiti, il-Ġermanja, bl-iskor ta’ 2-1 fil-ħin barrani. Dan il-konfront kien denju ta’ finali u kienet ħasra li team minnhom kellu joħroġ tellief.  

Kienu Spanja li ħarġu fuq l-offensiva meta wara ftit sekondi, Pedri mpenja minn tarf il-kaxxa lill-goalkeeper, Manuel Neuer, li kien attent biex evita goal kmieni. Fit-12-il minuta, huma resqu viċin u bl-għajta tal-goal, xutt ta’ Nicol William mid-distanza għad­da jħak­kek mal-wieqfa.

Fl-20 minuta, il-Ġerma­niżi wieġbu għall-ewwel darba meta Joshua Kimmich xeħet cross lejn Kai Havertz li għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet wisq ċentrali biex il-goalkeeper, Unai Simon, seta’ jsalva. 

Fl-40 minuta, Neuer kien providenzjali għall-Ġerma­niżi meta wettaq save kbir fuq tentattiv ta’ Olmo.

Madankollu, fit-52 minuta, l-istess DANI OLMO fetaħ l-iskor għal Spanja meta xeħet fir-rokna tax-xibka mill-pass ta’ Yamal. 

Ir-reazzjoni tal-Ġermanja waslet fid-69 minuta, b’xutt minn barra l-kaxxa ta’  Robert Andrich li sab lil Simon attent. 

Fis-77 minuta kienu ferm sfortunati li ma kisbux il-goal tad-draw meta x-xutt ta’ Niclas Fulkrug ħabat man-naħa ta’ barra ta’ sieq il-lasta. 

Fit-83 minuta, Kai Ha­vertz seta’ għamel aħjar me­ta qabad lil Simon barra minn postu biex llobja minn fuq rasu iżda l-ballun niżel fuq ix-xibka. 

Peró minuta mit-tmiem, il-Ġermaniżi ġew ippremjati meta mill-cross ta’ Mittlestadt, Toni Kross niżżel il-ballun bir-ras għan-nofs fejn FLORIAN WIRTZ kien pront u xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka megħjun mill-wieqfa biex il-partita marret għall-ħin barrani.

Fil-106 minuta, il-Ġermaniżi appellaw għal pe­nalty meta x-xutt ta’ Jamal Musiala ħabat ma’ id Marc Cucurella iżda kien kollox normali għar-referee Ingliż, Anthony Taylor. 

Fil-119-il minuta, Spanja skorjaw il-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ MI­KEL MERINO.

Peró, din ir-rebħa kienet imtappna bit-tkeċċija ta’ Daniel Carvajal (126) meta ntwera t-tieni karta safra għal foul ikrah fuq Musiala.    

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport