Thursday, December 26, 2024

Euro 2024: Georgia jiktbu l-istorja

Aqra wkoll

GEORGIA …….. 2

PORTUGALL….. 0

Georgia kitbu l-istorja fil-Kampjonat Ewropew me­­ta fi Grupp F għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 2-0 u kkwalifi­kaw għall-ewwel dar­ba mal-Aħ­ħar 16. 

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar minħabba li wara żewġ minuti fetħu l-iskor meta approfittaw minn żball ta’ Antonio Silva f’nofs il-ground, bil-ballun jasal għand Khvi­cha Kvaratskhe­lia li avvanza u b’xutt fil-baxx għe­leb għal kollox lill-goalkeeper, Diogo Costa.

Fit-18-il minuta, il-goalkeeper ta’ Georgia, Giorgi Mamardashvili, salva bi tbatija x-xutt ta’ Cristiano Ro­naldo minn 35 metru bogħod.

Eventwalment, il-Portu­giżi fetħu pressjoni biex il-Ġorġani kienu kostretti jirtiraw lura biex jassorbu l-attakki tal-avversarji.

Fl-34 minuta, Ronaldo kien għoddu skorja iżda ġie antiċipat fil-ħin minn Giorgi Gvelesiani. Minuta wara, Gvelesiani kien millimetri bogħod milli jolqot il-ballun bir-ras għal ġox-xibka mill-free-kick ta’ Kvaratskhelia.

Fit-53 minuta, Georgia rduppjaw meta ngħataw pe­nalty meta Antonio Silva kkommetta foul fuq Luka Lochoshvili … u Georges Mikautadze ma żbaljax. 

Ekonomija

Sport