Saturday, June 22, 2024

Euro 2024: Iċ-champions renjanti jibdew b’rebħa kontra l-Albanija

Aqra wkoll

Italja ………….2

Albanija ………1

Iċ-champions Ewropej, l-Italja, bdew id-difiża tat- titlu b’rebħa ristretta ta’ 2-1 fuq l-Albanija li ma tagħtix stampa ċara tal-andament tal-partita.

Dan minħabba li wara ħasda kmieni, it-Taljani kienu territorjalment l-aħjar team u bdew jiddettaw il-logħob, bl-Albaniżi jiddefendu b’seba’ players u joperaw bil-kontrattakki.   

Dan il-konfront kellu bidu li ħadd ma kien qed jistenna hekk kif wara biss 22 sekondi, l-Albanija fetħu l-iskor meta Federico di Marco xeħet throw-in lura lejn Alessandro Bastoni li ma kienx qed jistennih u minnu approfitta Nedim Bajrami, li inċidentalment jilgħab ma’ Sassuolo,  daħal fil-kaxxa u b’xutt angolat għeleb lill-goalkeeper, Gian­luigi Donnarumma, bil-ballun jispiċċa fis-saqaf tax- xibka.

Il-goal ta’ Bajrami se jib­qa’ mniżżel bħala l-aktar wieħed veloċi fl-istorja tal-Kampjonat Ewropew.

Peró, l-Albaniżi damu jgawdu dan il-vantaġġ għal għaxar minuti biss meta fil-11-il minuta, it-Taljani kisbu d-draw meta minn az­zjoni ta’ corner Lorenzo Pellegrini xeħet cross pe­rikoluż fejn sab lil ALESSANDRO BASTONI li b’daqqa ta’ ras għeleb lill- goalkeeper, Thomas Strakosha.

U ħames minuti wara, l-Azzurri dawru l-iskor favur tagħhom meta clearance qasir mid-difiża Albaniża, il-ballun wasal għand NICOLO BARELLA f’tarf il-kaxxa li mingħajr ma qagħad jaħsibha venven xutt li ħasad għal kollox lil Strakosha. 

Fis-36 minuta, l-Italja kienu sfortunati li ma żie­dux it-tielet goal meta d-difiża Albaniża nqabdet fuq sieq waħda, b’Davide Frattesi jantiċipa l-ħarġa ta’ Stra­kosha billi llobja l-ballun iżda l-goalkeeper Albaniż irnexxielu jmiss l-is­tess ballun li spiċċa mal-wieqfa u nqala’ ‘l barra.

Erba’ minuti wara, il- goalkeeper Albaniż żamm lil sħabu fil-partita b’save kbir fuq Gianluca Scamacca.

Fit-tieni taqsima, it-Taljani żiedu l-pressjoni iżda bdew isibu ħajt ta’ players quddiemhom bil-konsegwenza li ma setgħux isibu t-triq lejn il-lasti avversarji … u meta ġiehom iċ-ċans ma rnexxielhomx jisfruttawh … fejn l-unika kritika hija li l-Azzurri ma għandhomx dak l-iskorer naturali li jservi bħala l-arma letali.

Barra minn hekk, kien hemm mumenti wkoll fejn bdew jirriskjaw li jaqilgħu l-goal tad-draw hekk kif l-Albaniżi bdew joħorġu b’mod veloċi bil-kontrattakki.

U fid-90 minuta, Rey Manaj resaq ferm viċin li jagħmel dan billi għeleb lil Donnarumma iżda l-ballun għadda tul il-lasti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport