Saturday, May 18, 2024

Euro 2024: Imsejħa l-iskwadra Taljana għal kontra Malta u l-Ingilterra

Aqra wkoll

Luciano Spalletti, sejjaħ it-tieni team tiegħu bħala coach tal-Italja, bil-kwalifiki importanti tal-Euro 2024 kontra Malta u l-Ingilterra ġejjin fil-waqfa internazzjonali li jmiss. 

Ftit li xejn hemm sorpriżi kbar fost l-għażliet ta’ Spalletti, hekk kif iżomm qalba simili ta’ players mill-ewwel team tiegħu li għeleb lill-Ukrajna 2-1 u ġew draw 1-1 mal-Maċedonja ta’ Fuq f’Settembru.

Hemm l-ewwel sejħa għad-difensur ta’ talent xellugi u eks Udinese llum ma’ Tottenham, Destiny Udogie, li mpressjona waqt l-ewwel logħbiet tiegħu fil-Premier League.

Kien hemm ukoll xi tibdil fl-attakk, hekk kif Ciro Immobile u Mateo Retegui tħallew barra mill-iskwadra, filwaqt li Moise Kean u Gianluca Scamacca jagħmlu r-ritorn tagħhom mat-team.

L-Azzurri se jiffaċċjaw lil Malta fi Stadio San Nicola f’Bari fis-8.45 pm nhar is-Sibt li ġej, 14 ta’ Ottubru, qabel jivvjaġġaw lejn Londra biex jiffaċċjaw lill-Ingilterra f’Wembley fl-istess ħin it-Tlieta, 17 ta-xahar.

L-iskwadra kollha ta’ Spalletti hija:

Goalkeepers: Gianluigi Donnarumma (Paris Saint-Germain), Alex Meret ( Naples), Ivan Provedel (Lazio ), Guglielmo Vicario (Tottenham).

Difensuri: Francesco Acerbi, Alessandro Bastoni, Matteo Damian, Federico Dimarco (Inter), Cristiano Biraghi (Fiorentina), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Federico Gatti (Juventus), Gianluca Mancini (Roma), Giorgio Scalvini (Atalanta), Destino Udogie (Tottenham).

Midfielders: Nicolò Barella, Davide Frattesi (Inter), Giacomo Bonaventura (Fiorentina), Bryan Cristante (Roma), Manuel Locatelli (Juventus), Sandro Tonali (Newcastle). 

Attakkanti: Domenico Berardi ( Sassuolo ), Federico Chiesa, Moise Kean (Juventus), Giacomo Raspadori (Napoli), Gianluca Scamacca (Atalanta), Mattia Zaccagni (Lazio), Nicolò Zaniolo (Aston Villa).

Sport