Saturday, May 4, 2024

Tal-linja tibqa’ dieħla f’ħajt f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Ħadd ma ndarab wara li karozza tal-linja baqgħet dieħla f’arblu waqt li kienet qed tinstaq fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m. u fuq il-post issejħu minnufih numru ta’ ambulanzi u timijiet mediċi, iżda fortunatament kien hemm bżonn l-assistenza biss minħabba persuni li sofrew minn qatgħa.

Issejħu wkoll l-Pulizija, ħaddiema minn Transport Malta kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu kull tip ta’ periklu li seta’ nħoloq wara li nfirex xi fjuwil kif ukoll kien hemm ġebel li spiċċa mxerred fit-triq wara l-ħabta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport