Saturday, October 5, 2024

AĠĠORNAT: Il-Hamas joqtol 40 Iżraelit, l-Iżrael joqtol aktar minn 150 Palestinjan

Aqra wkoll

L-aħħar rapporti mill-kunflitt fil-Lvant Nofsani qed jgħidu li fl-attakk tal-Hamas inqatlu 40 Iżraelit. Minn naħa l-oħra, l-Iżrael irritalja u qatel aktar minn 150 Palestinjan.

Intant huwa mifhum li f’dawn l-attakki li għad ilhom biss ftit sigħat weġġgħu madwar 550 Iżraelit u mal-1,000 Palestinjan. Kienu l-istess l-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi li ħarġu b’dawn in-numri li mistennija jiżdiedu minn ħin għall-ieħor.

L-attakk Iżraelit seħħ wara li militanti tal-Hamas daħlu fl-Iżrael f’dak li qed jitqies bħala attakk sorpriża.

8:00 a.m: Il-Palestinjani b’attakk sorpriża f’Iżrael … Il-PM fl-Iżrael jiddikjara gwerra li se jerbaħ

Għexieren ta’ militanti tal-Hamas daħlu fl-Iżrael f’dak li qed jitqies bħala attakk sorpriża. Il-militar Iżraelit ddikjara li huwa lest għal gwerra u sejjaħ lill-forzi tar-riżerva. Il-Hamas qalet li sparat mal-5,000 rocket f’20 minuta.

Il-vittmi ta’ dan l-attakk issa telgħu għal 22 persuna u hemm mal-545 oħra midrubin.

Il-militar Iżraelit ikkonferma li l-militanti Palestinjani kienu għadhom fil-pajjiż, bil-Prim Ministru Benjamin Netanyahu laqqa’ l-uffiċjali tas-sigurtà u kkonferma li l-pajjiż jinsab fi gwerra li se jirbaħ.

Min-naħa tiegħu l-President Palestinjan Mahmoud Abbas qal li niesu għandhom kull dritt li jiddefendu rwieħhom.

L-attakk tal-Hamas jaħbat mal-50 anniversarju tal-attakk li l-Eġittu u s-Sirja wettqu fuq Iżrael fis-6 ta’ Ottubru 1973.

Sport