Tuesday, April 30, 2024

Euro Blackball: Riżultati mħallta għall-Maltin fis-sitt ġurnata ta’ logħob

Aqra wkoll

Is-sitt ġurnata tal-kampjonat Ewropew tal-Blackball li qed isir fil-lukanda Dolmen kien ikkaraterizzat minn riżultati mħallta mit-timijiet Maltin li qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Fil-kategorija tal-irġiel, it-tim Malti A tilfu kontra l-Ingilterra A 13-12, l-istess bħalma għamlu t-tim B1 li lagħbu kontra l-Ingilterra B1 u tilfu bl-iskor ta’ 16-5.

Madankollu kellna rebħa ta’ 12-9 li t-tim B kiseb kontra l-Olanda B

It-tim femminili A tilef iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra Franza u l-Ingilterra bl-istess skor ta’ 20-5.

It-tim tal-Masters A rebaħ lil Wales 14-11 wara wirja mill-aqwa filwaqt li tilef kontra Franza 15-10.

Il-Malta Grandmasters A kellu suċċess ta’ 15-10 kontra l-Irlanda B filwaqt li fis-Seniors, it-tim A u B tilef kontra l-Iskoċċiżi A u B 13-12 u 14-11 rispettivament.

Fil-kategorija taż-żgħażagħ, it-tim A ta’ taħt it-23 sena għeleb lil Wales B 15-10 filwaqt li t-tim A ta’ taħt il-15-il sena ġie megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq A 11-4. L-istess skor kien reġistrat fil-konfront bejn l-Ingilterra U15 B kontra Malta U15 B b’tal-ewwel jirbħu dan il-konfront.

It-tim B1 tal-istess kategorija safa’ megħlub 10-5 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena, Malta A rebħet 16-9 kontra l-Iskozja għalkemm tilfet kontra l-Ingilterra A 15-10.

Fil-kompetizzjonijiet individwali, Clydon Attard, Steven Muscat u Deacon Formosa għaddew għal mal-aħħar tmienja wara li għelbu lil Devin Rankin (5-2), Zak Sheldon (5-2) u Liam Mifsud (5-3).

Il-plejer Malti l-ieħor Casdy Vella safa’ eliminat wara skor ta’ 5-1 kontra Reece Egan.

Sport