Wednesday, April 24, 2024

Europol: Il-match-fixing żdied minħabba l-impatt finanzjarju tal-Covid-19

Aqra wkoll

L-impatt finanzjarju tal-Covid-19 fuq il-clubs tal-football ikkawża żieda fil-każijiet ta’ tbagħbis ta’ partiti, tgħid l-Europol.

Il-Europol, l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u l-UEFA qed jaħdmu flimkien biex jindirizzaw it-tbagħbis tal-logħob tal-football.

Nhar it-Tlieta saret l-ewwel konferenza Europol-UEFA dwar it-tbgħabis tal-logħob.

“Il-kriminalità organizzata malajr fehmet li ħafna clubs tal-football kienu qed isof­ru finanzjarjament bħala konsegwenza tal-Covid-19,” qal Burkhard Muhl.

Muhl, li huwa l-kap taċ-ċentru Ewropew tal-kriminalità finanzjarja u ekonomika tal-Europol, żied jgħid: 

“U fejn hemm inqas flus, players, coaches, uffiċjali u anke eżekuttivi tal-clubs huma dejjem aktar vulnerabbli li jiġu korrotti minn fixers.

“X’inhuma l-profitti enormi assoċjati ma’ “li tagħmel l-imprevedibbli prevedib­bli”, qed naraw aktar u aktar każijiet ta’ match-fixing u riżultati suspettużi.”

Total ta’ 109 uffiċjal mill-infurzar tal-liġi, awtoritajiet ġudizzjarji u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-football minn 49 pajjiż attendew għall-konferenza fil-kwartieri ġe­- n­erali tal-Europol f’The Hague, fl-Olanda.

“Il-koperazzjoni bejn l-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet sportivi hija vitali biex mhux biss tinkixef u tinvestiga korruzzjoni suspettata fil-football, iżda wkoll biex twaqqaf tali attivitajiet frawdolenti qabel ma jkunu jistgħu jibdew,” qal Muhl.

Sportradar, kumpanija li tiskopri xejriet ta’ mħatri mhux tas-soltu, f’Ottubru ħarġet rapport li qal li kienet sabet aktar minn 1,100 partita sportiva suspettuża mill-bidu tal-pandemija f’April 2020.

“Din l-ewwel konferenza internazzjonali konġunta bejn l-Europol u l-UEFA hija pass importanti ‘l quddiem fil-ġlieda kontra l-irranġar tal-logħob, u tibgħat sinjal qawwi li ż-żewġ organizzazzjonijiet qegħdin hawn biex jiġbru l-forzi tagħhom u jagħmlu l-almu tagħhom biex jimminimizzaw dan il-fenomenu”, qal Angelo Rigopoulos , id-direttur maniġerjali tal-UEFA tal-integrità u l-kwistjonijiet regolatorji.

Sport