Saturday, April 20, 2024

Everton immultati wara żewġ invażjonijiet fil-ground mill-partitarji tagħhom

Aqra wkoll

Everton ġew immultati £300,000 minħabba ż-żewġ invażjonijiet tal-pitch waqt ir-rebħa tagħhom fil-Premier League kontra Crystal Palace, f’Goodison Park, fid-19 ta’ Mejju, li għadda.

It-Toffeemen irkupra żvantaġġ ta’ żewġ goals biex aċċertaw mis-salvazzjoni tagħhom fil-Premier League liema partita kienet ta’ qabel l-aħħar tal-istaġun. 

Il-partitarji daħlu fil-ground biex jiċċelebraw il-goal rebbieħ skorjat minn  Dominic Calvert-Lewin fil-85 minuta … ki ukoll wara t-tisfira finali.

L-FA Ingliża qalet li l-partitarji użaw “imġieba ta’ theddid u vjolenti” hekk kif invadew il-ground.

Everton ammettew li naqsu milli jikkontrollaw lill-partitarji tagħhom. 

Sport