Wednesday, April 24, 2024

Erik ten Hag … l-aqwa coach fil-Premier League għax-xahar ta’ Settembru

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, rebaħ l-unur tal-Coach tax-Xahar tal-Premier League għal Settembru wara li ttrasforma lit-team wara bidu ferm ħażin tal-istaġun. 

Ir-Red Devils rebħu ż-żewġ logħbiet tagħhom f’Settembru, meta għelbu lil Leicester 1-0 barra minn darhom u mbagħad lil Arsenal 3-1 f’darhom biex dawn tal-aħħar sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun. 

 Settembru huwa biss it-tieni xahar ta’ Ten Hag bħala manager fil-Premier League wara li ngħaqad ma’ Manchester United mingħand Ajax fis-sajf li għadda. Huwa wkoll l-ewwel Olandiż li rebaħ dan l-unur mindu Ronald Koeman, f’Jannar 2016. 

Barra minn hekk huwa wkoll l-ewwel coach tal-United li rebaħ dan l-unur mindu Ole Gunnar Solskjaer f’Jannar 2019.

Sport