Wednesday, April 24, 2024

Ewforija kbira f’Monza wara r-rebħa fuq Sampdoria

Aqra wkoll

Kien hemm ewforija kbira f’Monza wara t-tieni suċċess konsekuttiv li t-team kiseb fis-serie A Taljana. Fil-fatt wara li kienu għelbu lil Juventus 1-0 f’darhom, il-Ħadd li għadda għelbu 3-0 f’darhom lil Sampdoria.

Il-coach il-ġdid Raffaele Palladino kien kuntent b’dan is-suċċess għalkemm sostna li l-players iridu jżommu saqajhom mal-art sabiex dejjem ikunu ffukati għal-logħbiet li jmisshom. Din hi l-ewwel darba li Monza jinsabu fl-ogħla diviżjoni Taljana.

Sport